Il-President tar-Repubblika m’għandux ikun politiku li jkun serva bħala kap ta’ partit. Qal dan il-Membru Parlamentari Ewropew u eks-Prim ministru Alfred Sant.
F’kumment li għamel Sant qal li d-deċiżjoni li l-President George Vella kellu jieħu kienet waħda bla preċedent, u waħda mill-aktar delikata.
Qal li s-sitwazzjoni wasslitu biex jifforma żewġ ħsibijiet, bl-ewwel waħda tkun li sakemm il-pajjiż ma jibdilx ir-rotta u jagħżel sistema kostituzzjonali msejsa fuq presidenza eżekuttivam allura l-President m’għandux jitgħabba wisq b’funzjonijiet anke ta’ ‘checks and balances’ li jistgħuh joħorġuh barramill-figura li jrid isostni ta’ għaqda nazzjonali.
Sant tenna li aktar kemm il-President ikollu funzjonijiet ġodda x’jaqdi, allura tkun aktar diffiċli li dan ir-rwol “ċerimonjali” jinżamm fis-samm.
Sant qanqal punt ieħor fejn żieda jgħid li fil-qafas kostituzzjonali preżenti mhijiex għażla tajba li president ikun eks-mexxej ta’ xi partit politiku għax ikun matul snin sħaħ deher bħala aġent u simbolu ta’ firda. Saħaq li tali tikketta ma tneħħihiex faċilment.