Tuesday, December 24, 2024

Santa Lucia jegħlbu lil Pietá Hotspurs b’10 players

Aqra wkoll

Santa Lucia…………….2

Pietá H……………………1

F’partita diretta miż-żona tar-relegazzjoni Santa Lucia għelbu lil Pieta H. bl-iskor ta’ 2-1, u dan meta lagħbu għal kważi nofsiegħa sħiħa bi player inqas. L-eroj assolut għalihom kien indubbjament l-attakkant Kyrian Nwoko li rreġistra doppjetta personali, bil-goals għalih jaslu wieħed f’kull taqsima.

Santa Lucia fetħu l-iskor fid-39 minuta, meta KYRIAN NWOKO wara li rċieva l-ballun mingħand Lorenzo Soares Fonseca, mil-lemin u permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ ġewwa, b’dan ikun l-ewwel goal tiegħu bil-flokk tal-Luċjani.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Pietá ħarġu ferm aggressivi u fit-63 minuta, ġabu l-iskor indaqs meta s-sostitut Takuma Yamaguchi twaqqa’ fil-kaxxa mis-sostitut Rodolfo Soares, li kawża t’hekk intwera t-tieni karta safra u safa mkeċċi mir-referee Matthew De Gabriele.

Mill-11-il metru, inkariga ruħu l-istess TAKUMA YAMAGUCHI li kellu l-ewwel tentattiv tiegħu salvat mill-goalkeeper tal-Luċjani Matthew Calleja Cremona, bil-ballun jaħbat ukoll mal-wieqfa, biex mir-rebound l-istess player Gappuniz irnexxilu jitfa’ l-ballun fix-xibka.

Madankollu, għalkemm bi player inqas,’ fis-76 minuta, Santa Lucia skorjaw il-goal tar-rebħa, meta mil-lemin KYRIAN NWOKO qabeż tajjeb lill-goalkeeper tal-Hostpurs Simone Moschin, bil-qabel iddepożita l-ballun fix-xibka.

Santa Lucia: 1-Matthew Calleja Cremona, 3-Lorenzo Yoel Soares Fonseca, 6-Nicholas Pulis, 8-Robert Bairam, 9-Kyrian Nwoko (93-Sebastian Rier 93), 10-Liam Ayad Bah (13-Diego Pacheco 93), 17-Jurgen Pisani, 20-Francisco Farias Rodrigues (14-Dexter Xuereb 71), 24-Rodolfo Soares, 28-Yevhenii Terzi (22-Jamie Zerafa 94), 88-Robert Hehedosh Coach: Vincenzo Potenza

Pietá H.: 12-Simone Moschin, 2-Samuel Okoh, 3-Clinton Bangura, 5-Temitope Abraham, 7-Jake Ghio (18-Ivin Farrugia 83), 8-Terence Agius, 9-Armen Hovhannisyan (99-Takuma Yamaguchi 51), 10-Kian Leonardi (33-Ivin Gatt 89), 11-Alan David Schembri Wismayer (21-Kaydon Catania 83), 22-Zean Leonardi, 77-Davi Miranda Rodrigues (17-Kurt Briffa 52) Coach: Rodney Bugeja

Referee: Matthew De Gabriele

Ass. Referees: Jurgen Spiteri, Mitchell Scerri

Raba’ Uffiċjal: Malcolm Spiteri

Skorers: K. Nwoko 39, 76 (SL), T. Yamaguchi pen. 64 (P)

Tkeċċa: R. Soares 62 (SL)

Ammoniti: R. Soares (2) (SL)

Player tal-Logħba: Kyrian Nwoko (SL)

Ekonomija

Sport