Santa Margherita rebħu The Jends Triangular Futsal Tournament wara li kisbu punti massimi fil-logħbiet li kienu involuti fihom.
Huma kisbu 24 punt minn tmien logħbiet, skorjaw 65 u qalgħu 17-il gowl. Flimkien ma’ Santa Margherita, ħadu sehem ukoll Parr Mela Rockets Futsal u Iklin.
Kien turnew li ġie introdott għall-ewwel darba bejn it-timijiet li ġew eliminati fil-kampjonat ewlien tal-futsal femminili. Fl-istess waqt kien hemm logħob verament tajjeb b’partiti ferm interessanti.
Sadanittant, il-plejer mill-Venezwela Estefany Colmenarez ta’ Santa Margherita spiċċat mhux biss bħala l-aqwa plejer tat-turnew iżda wkoll l-aqwa skorer bi 18-il gowl.
L-aqwa goalkeepers kienu Filothei Fey Papoutsaki u Jennifer Maria Galea li qalgħu l-inqas ammont ta’ gowls.
F’kumment li ta, l-organizzatur Robert Teuma irringrazzja lil dawk it-timijiet kollha li pparteċipaw u tenna fuq l-importanza ta’ tornej bħal dawn aktar u aktar meta t-timijiet jispiċċaw l-istaġun kmieni. Teuma flimkien mad-direttur ta’ Jends qassmu l-premjijiet lir-rebbieħa.