Monday, November 3, 2025

Santa Venera jirbħu ċ-Charity Cup tal-Boċċi

Aqra wkoll

Santa Venera rebħu ċ-Charity Cup tat-tieni u t-tielet diviżjoni tal-Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi meta fil-pitch ta’ Ħal Qormi San Ġorġ rebħu lil Senglea Boċċi Club.

F’logħba ferm intensiva li ntlagħbet quddiem pubbliku numeruż, l-Isla rebħu l-ewwel logħba 11-6 għalkemm fit-tieni konfront kienu l-Vendriżi li taw ir-risposta tagħhom hekk kif rebħu 11-7. Fit-tielet logħba, Santa Venera rebħu 5-2 u ġabu biżżejjed punti sabiex rebħu din il-finali.

Santa Venera lagħbu b’Carl Calleja, Kyle Pace, Victor Zahra, Ivan Cortis, Saviour Cassar u Etienne Vella filwaqt li Senglea kellhom lil Dylan Abela, Jesmond Desira, Charles Cassar, Omar Callus, Marvin Pavia u James Mamo.

Ir-referee ta’ din il-partita kien Redeemer Azzopardi.

Fi tmiem il-konfront, il-president tal-Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi CJ Saliba ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ Santa Venera Carl Calleja.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport