AC Milan ħabbru li kisbu l-firma tal-attakkant internazzjonali Messikan Santiago Gimenez. Hu se jkun qed jieħu post Alvaro Morata li ngħaqad ma’ Galatasaray tat-Turkija.
Gimenez twieled fi Buenos Aires fl-Arġentina u se jilbes il-flokk numru 7. L-aħħar klabb li lagħab miegħu kien Feyenoord fejn magħhom deher 73 darba u skorja 45 gowl.
Gimenez deher ferm kuntent li se jagħmel din iċ-ċaqliqa u wiegħed li se jagħmel minn kollox biex itella’ lit-tim aktar ‘il fuq fil-klassifika.