Tuesday, July 2, 2024

Santos interessati f’Gabigol

Aqra wkoll

L-eks attakkant ta’ Inter Gabigol mhux se jibqa’ ma’ Flamengo wara li l-istess klabb Brażiljan ħabbar li irrilaxxjawh fi tmiem dan l-istaġun. Minnufih qed jinteressaw ruħu fih Santos, il-klabb li beda miegħu l-karriera professjonali tiegħu.

Ma’ Flamengo hu kien ilu erba’ snin fejn skorja 74 gowl f’148 logħba. Minkejja kollox, id-diriġenti Brażiljani ma xtaqux iġeddulu l-kuntratt tiegħu.

Santos jilagħbu fit-tieni diviżjoni tal-pajjiż u se jippruvaw jiksbu l-promozzjoni fejn Gabigol jista’ jkun fundamentali f’dan ir-rigward.

Palmeiras, Corinthians u Cruzeiro ukoll qed ifittxu l-firma tiegħu.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport