Saturday, December 28, 2024

Sanzjonijiet imposti fuq Chelsea minħabba l-‘assoċjazzjoni’ ta’ Abramovich ma’ Putin

Aqra wkoll

Il-club ta’ Chelsea qed jiffaċċja bosta sanzjonijiet minħabba Roman Abramovich li kien qed jagħmel dak kollu possibbli biex ibiegħ il-club

Analisti qalu li sponsors oħra x’aktarx li jsegwu lil Three bit-tama li jevitaw ‘il-ħtija b’assoċjazzjoni’ ma’ Abramovich, li uffiċjali qalu li għandu mill-inqas parti mill-fortuna ta’ £9.4 biljun tiegħu għall-ħbiberija tiegħu ma’ Vladimir Putin.

Ditti oħra, fosthom, Nike, li għandha kuntratt tal-kits ta’ £55m ma’ Chelsea, kif ukoll il-manifattur tal-karozzi, Hyundai, u l-arloġġatur, Hublot, li għandhom ftehimiet li jiswew aktar minn £15-il miljun flimkien, se jkollhom ukoll jiżnu l-pass li jmiss tagħhom.

Abramovich, li l-biljuni tiegħu wasslu lil Chelsea minn medjokrità f’nofs il-klassifika għal ħames titli tal-Premier League, ġie pprojbit milli jagħmel negozju fl-Ingilterra – li jfisser li l-pjan tiegħu li jbigħ il-club jinsab sospiż.

X’jistgħu u ma jistgħux jagħmlu Chelsea issa wara sanzjonijiet fuq Abramovich

JISTGĦU

Jilagħbu l-logħbiet kollha tagħhom, home u away;

Ħlas tas-salarji tal-players u l-istaff;

Jipprovdu stewards, sigurtà u ikel u xorb għall-partitarji, suġġett għal limitu ta’ nfiq ta’ £500,000;

Jirċievi dħul minn xandir televiżiv u premjijiet – għalkemm dan se jiġi ffriżat;

Il-bejgħ tal-clubs jista’ potenzjalment jibqa’ għaddej, sakemm Abramovich ma jibbenefikax finanzjarjament.

MA JISTGĦUX

Ibigħu il-biljetti lill-partitarji home jew away – dawk li għandhom il-biljetti eżistenti biss se jitħallew jattendu;

Jaqblu dwar kwalunkwe trasferimenti jew kuntratti ġodda;

Ibigħu merchandise fl-istadium jew onlajn;

Jonfqu aktar minn £20,000 fuq vjaġġi ‘l bogħod;

Iwettqu xi xogħol ta’ bini fuq Stamford Bridge.

Madankollu, il-ministri xorta jistgħu jippermettu bejgħ sakemm Abramovich ma jibbenefikax finanzjarjament. F’dan il-każ, huwa probabbli li kwalunkwe qligħ jinżamm f’kont inattiv sakemm jiskadu s-sanzjonijiet.

Ekonomija

Sport