Passiġġieri fuq aruplan tad-Delta Air Lines spiċċaw iżommu s-saqaf tal-ajruplan li kienu fuqu wara li allegatament ċeda f’nofs l-ajru. Din is-sitwazzjoni jingħad li seħħet fuq ajruplan Boeing 717 fejn ritratti u vidjow bdew jiċċirkolaw fuq il-pjattaforma TikTok.
Erba’ passiġġieri żammew parti mis-saqaf ta’ fuq rashom. Fl-istess filmat jidher li parti mis-saqaf li ċeda reġa’ tweħħel f’postu b’mill-inqas disa’ linji ta’ tape b’kulur jgħajjat.
Il-persuna li tella’ l-filmat, Lucas Michael Layne, kellu ħabib fuq din it-titjira u informazzjoni oħra li għadda hija dik li l-linja tal-ajru offriet lill-passiġġieri involuti 10,000 mili bħala kumpens wara li dawn kellhom imorru lura minn fejn telqu -f’Atlanta u jistennew ajruplan ieħor biex jeħodhom fid-destinazzjoni tagħhom, li kienet Chicago.