Monday, December 30, 2024

SAR JAF LI HU WILD DONAZZJONI TA’ SPERMA – JITKELLEM GĦADA F’POPOLIN

Aqra wkoll

Il-programm Popolin din il-ġimgħa ser ikun qiegħed jiddiskuti l-forom differenti ta’ trobbija li illum il-ġurnata qed isawwru s-soċjeta tagħna. B’imħabba bosta persuni qedgħin jgħażlu forom differenti kif jiffurmaw il-familji tagħhom u li fihom uħud minnhom irabbu jew iwelldu t-tfal.

Fil-programm Popolin ta’ illejla bosta ser jingħaqdu fl-istudio sabiex jirrakkontaw l-istejjer rispettivi tagħhom, filwaqt li jiddiskuti l-bosta opinjonijiet li jeżistu fuq dan is-suġġett. Fost dawn il-mistiedna l-pjanist internazzjonali Albert Frantz.

Albert Frantz ftit qabel ma għalaq 30 sena skopra li hu kien twieled permezz tat-trattament tad-donazzjoni tal-isperma. Din l-aħbar ħalliet fuqu impatt liema bħalu u li waslitu sabiex jibda tfittxija sabiex issib il-missier bijoloġiku tiegħu.

Albert ser jiġi Malta sabiex fil-programm Popolin jaqsam l-istorja tiegħu u jirrakkonta dak kollu li għadda minnu bit-tama li jsib il-missier bijoloġiku tiegħu.

Popolin preżentat minn Quinton Scerri jixxandar għada fid-9.15pm fuq TVM

Ekonomija

Sport