Friday, June 27, 2025

Sara Saliba tingħaqad ma’ Swieqi United

Aqra wkoll

It-tim tan-nisa ta’ Swieqi United ħabbar l-akkwist ta’ Sara Saliba, waħda mit-talenti żgħażagħ l-aktar promettenti ta’ Malta.

Sara għamlet isem għaliha nfisha bħala player ewlenija ma’ Birkirkara FC minn età żgħira ħafna, fejn uriet maturità u ħila ferm lil hinn mill-età tagħha. Meta kellha biss 16-il sena, bdiet esperjenza ġdida fl-Italja, fejn kisbet esperjenza siewja, inkluż l-aktar perjodu reċenti tagħha ma’ ħadd ħlief AC Milan.

L-iżvilupp tagħha ma waqafx hemm. Fl-2024, meta kellha biss 17-il sena, Sara kisbet l-ewwel dehra tagħha mat-tim nazzjonali tal-kbar f’logħba kontra l-Portugall, u b’hekk immarka pass importanti ieħor fil-karriera żagħżugħa iżda diġà impressjonanti tagħha.

Fi stqarrija, Swieqi united FC, qali li Sara hija plejer b’moħħ offensiv b’talent, viżjoni, u ħeġġa — huma jinsabu fiduċjużi li Sara se tkun żieda inkredibbli għall-iskwadra tagħhom, u jinsabu eċċitati li jkunu parti mill-vjaġġ tagħha.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport