Monday, April 13, 2026

Sarah tirċievi mijiet kbar ta’ messaġġi wara l-Kungress tal-Partit Laburista

Aqra wkoll

Dan is-sit għamel kuntatt ma’ Sarah Schembri, it-tfajla Għawdxija li kienet hi li waqt l-Kungress tal-Partit Laburista f’Għawdex tkellmet dwar din il-problema li qegħdin isibu ma’ wiċċhom l-Għawdxin.

Sarah tgħidilna li fl-aħħar sigħat irċiviet mijiet kbar ta’ messaġġ. “Kien hemm persuni li kellmuni u bagħtu messaġġi li jgħidulek li ‘aħna ma naqblux politikament, iżda fuq din se nappoġġjawk.’”

It-tfajla Għawdxija tgħidilna li apprezz ferm li ftit tal-ħin wara li ntemm il-Kungress irċiviet telefonata mingħand id-Deputat Prim Ministru Ian Borg fejn tkellem magħha aktar fid-dettall dwar dak li qalet. “Kien hemm oħrajn li kellmuni fosthom il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri u anke Dr Josainne Cutajar, fost ħafna. Anke d-Deputat Mexxej Alex Agius Saliba għamel kuntatt miegħi u ġenwinament napprezza ferm li dawn in-nies kollha għamlu kuntatt miegħi, li qasmu minuta biex komplew jagħmluli kuraġġ u jikkonfermawli kemm il-proposta verament jaf tħalli ġid,” qaltilna Sarah.

Fiduċjuża li dak li qalet jista’ jsir fil-verità biex b’hekk titnaqqas it-tbatija tal-Għawdxin li jkunu sejrin lura d-dar wara ġurnata xogħol jew studju.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport