Tuesday, January 20, 2026

“Sas-2.00 p.m., il-Korp tal-Pulizija assista f’54 inċident” – il-Ministru Byron Camilleri

Aqra wkoll

Sas-2.00 p.m., id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assista f’197 każ li jvarjaw minn siġar li waqgħu jew li kienu f’periklu, periklu kkawżat b’billboards, hazards elettriċi, nirien ta’ karozzi, skart, tixrid ta’ fjuwil u anke inċidenti oħra.

Dan iddikjarah il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri fil-Parlament, fejn irrimarka li sal-ħin imsemmi il-Korp tal-Pulizija assista f’54 inċident li jvarjaw minn persuni maqbuda f’karozza, karozzi li ġarrewhom l-ilmijiet, inċidenti marbuta ma’ oġġetti, għamara, electric cables u affarijiet oħra li spiċċaw imdendlin jew fit-toroq kienu perikolużi, periklu marbut ma’ siġar li waqgħu fuq karozzi, kien hemm ukoll każijiet marbuta ma materjal tal-kostruzzjoni, gallariji u anke ħġieġ imkisser.

Qal ukoll; “Il-Forzi Armati ta’ Malta filwaqt li assistew lis-CPD f’numru ta’ inċidenti fejn jidħol il-marittimu, assistiet f’żewġ każijiet fuq l-art ukoll. Il-LESA għenu f’44 inċident ta’ kollużjoni”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport