Tuesday, September 24, 2024

Sasha Gatt tikser ir-rekord tal-iSlovakia Swimming Cup Meeting u tirbaħ il-midalja tad-deheb

Aqra wkoll

Matul l-Ewwel Jum tas-Swimming Cup ġewwa l-iSlovakia, 10 mit-23 għawwiema kisbu l-aħjar ħinijiet ġersonali, uħud minnhom f’diversi avvenimenti.

Il-punti ewlenin tal-ġurnata kienu madankollu ż-żewġ National Short Course Records li nkisbu fl-avvenimenti tal-1500m Freestyle kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa.

Fl-avveniment tal-Irġiel 1500m Freestyle Dylan Cachia għam ħin ta’ Short Course National Record ta’ 16:28.23. Ir-rekord preċedenti kien ta’ John Hick b’ħin ta’ 16:51.30 miksub f’Sao Paolo f’Novembru 2019.

Fl-avveniment tan-nisa 1500m Freestyle,  Sasha Gatt tejbet ir-rekord preċedenti tagħha ta’ 16:46.28 li kienet kisbet f’Novembru tal-2021 f’Kazan bi kważi 10 sekondi meta għamet id-distanza f’ħin tar-Rekord Nazzjonali tax-Short Course ta’ 16:37.36. Meta għamlet dan, hija tejbet ukoll ir-Rekord Nazzjonali tat-800m Short Course b’ħin maqsum ta’ 8:48.35. Ir-Rekord ta’ 800m preċedenti ta’ 8:52.04 kien ukoll ta’Gatt f’Novembru 2021 meta kienet għamet l-avveniment f’Kazan.

B’dawn ir-riżultati, Sasha, kisret ir-rekord tal-iSlovakia Swimming Cup Meet, għal dan l-avveniment u rebħet il-Midalja tad-Deheb.

Il-kompetizzjoni tkompli sal-Ħadd.

Sport