L-attakkanta internazzjonali Maltija, Haley Bugeja, mill-istaġun li ġej mistennija tmur tilgħab fl-Istati Uniti fin-National Women’s League Soccer.
Hu mifhum li club partikolari xeħet l-attenzjoni fuqha u għaldaqstant bdew it-taħditiet neċessarji.
Bugeja għamlet isem għaliha hekk kif spikkat fil-kampjonat Taljan ma’ Sassuolo bil-konsegwenza li għandha futur kbir quddiemha.
Hija kienet inkluż fil-lista tal-UEFA bħala waħda mill-aktar players promettenti.
Intant fi stqarrija maħruġa mill-klabb, il-Maltija kienet deskritta bħala waħda miż-żewġ stilel li jaf tkun diffiċli biex jinżammu. Żied jgħid li Haley Bugeja u Kamila Dubcova għandhom talbiet differenti fis-suq tat-trasferimenti kemm fl-Italja iżda wkoll barra mill-pajjiż.