Saturday, December 21, 2024

Schembri japprova kumment satiriku … jikkonferma li huwa gamer

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Ekonomija u l-Investimenti u l-Intrapriżi Silvio Schembri xejn ma ħa fuq demm id-dars messaġġ satiriku li beda jiċċirkola fl-aħħar sigħat.

Mhux talli hekk, anzi huwa ammetta li saħansitra hu stess tbissem meta ra dan il-messaġġ satiriku u ħaġġeġ lill-amministraturi tal-paġna biex ikomplu b’tali satira politika għax hija xi ħaġa “li għandna bżonnha ħafna Malta”.

Intant huwa kompla biex jikkonferma li iva huwa gamer u li kuljum jipprova jsib ftit ħin biex jilgħab ma’ ibnu u stieden lil dawk li jixtiequ jagħmlu logħba FIFA miegħu ma jiddejqux jagħmlu dan, imbasta hu jagħżel il-Juventus.

Ekonomija

Sport