Saturday, December 21, 2024

Schiavone jitlob lil Fearne biex immigranti bil-COVID-19 ma jitniżlux man-numru ta’ każi f’B’buġia

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru jilqa’ t-talba immedjatament

Fuq is-sit soċjali ta’ Facebook, id-Deputat Nazzjonalista Herman Schiavone kiteb li talab lid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne “biex l-istatistika tal-każijiet tal-Coronavirus f’Birżebbuġia ma tinkludix lil dawk taċ-ċentru tal-immigranti ta’ Ħal Far.”

L-għan aħħari ta’ din it-talba huwa biex ir-residenti ta’ Birżebbuġia ma jallarmawx ruħhom aktar milli hemm bżonn. Schiavone fil-messaġġ tiegħu kkonferma li l-Ministru għas-Saħħa laqa’ t-talba mill-ewwel.

Ekonomija

Sport