Il-goalkeeper internazzjonali Daniż Kasper Schmeichel kien qed jitkellem f’intervista ma’ ġurnal Skoċċiż fejn il-kliem waqa’ fuq it-trasferiment possibbli li pero’ sfurma fix-xejn ma’ Bayern Munich lura għas-sena 2023.
Il-goalkeeper ta’ 38 sena, li jiġi iben Peter Schmeichel, sostna li xtaq ħafna jilgħab mat-tim mill-Bavarja. Kollox kien lest sabiex dan it-trasferiment iseħħ tant li kien fl-ajruport bil-bagalja f’idu sabiex imbagħad irċieva telefonata li minn dak li qalulu m’hemm xejn.
Schmeichel qal li ma jafx x’seta’ ġara iżda xtaq ikun goalkeeper ta’ Bayern Munich aktar u aktar meta kien weġġa’ Manuel Neuer.