Arnold Schwarzenegger qal li l-mexxejja li ddikjaraw li l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima tikkawża ħsara lill-ekonomija huma “stupidi u giddibin”.
Qabel is-summit COP26 dwar it-tibdil fil-klima, l-eks gvernatur ta’ Kalifornja qal lil BBC li jekk jinqatgħu l-emmissjonijiet mill-karbonju se jkunu qed jiggwadanjaw l-ekonomiji globali.
L-attur ta’ Terminator qal li jekk jonqos il-konsum tal-laħam mhux se jkun qiegħed isir l-ebda sagrifiċċju u qal li minn meta beda jagħmel hekk hu beda jħossu aktar b’saħħtu.
Schwarzenegger sar champion tal-arja nadifa u l-enerġija rinovabbli waqt li kien gvernatur bejn l-2003 u l-2011 wara li għamel miri li jnaqqas d-dħaħen u l-emmissjonijiet.
Huwa faħħar ukoll l-avvanzi tat-teknoloġija fejn jidħlu l-vetturi u qal li hu qaleb għal vettura elettrika fost vantaġġi oħra semma l-veloċità u s-saħħa tagħha.