Friday, December 13, 2024

Scicluna rrabjat dwar sentenza mill-qorti u jappella għal ħidma favur iżjed drittijiet

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt id-diskussjoni fl-emenda fil-kodiċi kriminali li jirrikonoxxi l-fenomenu tal-femiċidju tkellem ukoll id-deputat Laburista Oliver Scicluna. 

Sciculna tkellem dwar il-femiċidju bħala qtil intenzjonat li jaħsad il-ħajja ta’ mara għax hija mara. Huwa spjega li 13 fil-mija tal-omiċidji li jsiru fid-dinja għandhom x’jaqsmu mal-ġeneru u li tlieta minn kull għaxar nisa fid-dinja, f’ħajjithom jispiċċaw vittmi ta’ vjolenza domestika li f’ċerti sitwazzjonijiet twassal għal każi ta’ femiċidju. Qal li 40 fil-mija tal-omiċidji li jsiru huma fuq nisa u kkumparat ma’ sitta biss fil-mija ta’ dawk li jsiru fuq l-irġiel. 

Scicluna tkellem dwar sentenza li ngħatat fuq persuna li abbużat għal disa’ snin sħaħ minn persuna b’nuqqas intelletwali, għal kważi 17-il siegħa sħaħ kienet tiġi msakkra ma’ żewġt iklieb, tingħata xogħol, iżda l-flus tiegħu ma toħodhomx hi flimkien mal-benefiċċji tal-istess vittma.

Huwa ammetta li s-sentenza rrabbjatu u għalhekk iddeċieda li jsemmih fil-bini tal-parlament u staqsa jekk dik is-sentenza tagħtix ġieħ fil-każ rispettiv.

Huwa temm jgħid li jemmen li dan il-Kodiċi Kriminali huwa parti biss mill-ħidma li għaddej biha dan il-gvern iżda esprima x-xewqa li l-poplu Malti u Għawdxi jkompli jingħata aktar drittijiet.

AQRA WKOLL:

Ekonomija

Sport