Sunday, November 3, 2024

Scott Brown jirtira mill-football fl-età ta’ 36 sena

Aqra wkoll

Il-leġġenda ta’ Celtic, Scott Brown, ħabbar uffiċjalment li rtira mill-football fl-età ta’ 36 sena u wera x-xewqa tiegħu li jsir manager.

L-ex captain tal-Hoops qatta’ l-karriera kollha tiegħu jilgħab fl-Iskozja, fejn beda ma’ Hibernian qabel telaq fl-2007 biex imur jilgħab f’Parkhead fejn gawda 14-il staġun mimlija unuri.

Brown temm il-karriera tiegħu bħala player-coach ma’ Aberdeen, ingħaqad mad-Dons f’Marzu qabel telaq mill-irwol tiegħu wara biss disa’ xhur mal-club.

Il-player internazzjonali tal-Iskozja b’55 dehra issa ddeċieda li jdendel iż-żarbun u żvela li huwa ‘konċentrat bis-sħiħ’ biex jidħol fit-tmexxija ta’ club.

Sport