Monday, September 30, 2024

Scott McTominay fir-radar ta’ Napoli

Aqra wkoll

Wara l-bidu diżastruż ta’ Napoli li tilfu jumejn ilu bl-iskor ta’ 3-0 kontra Verona, il-kowċ Antonio Conte għandu bżonn aktar materjal biex ikun jista’ jaħdem.

L-istess Conte qed isegwi lill-plejer ta’ nofs il-grawnd Scott McTominay. Dan tal-aħħar qed jissemma’ li jista’ jitlaq minn Old Trafford matul dan is-sajf, aktar u aktar għax ma tantx jinsab fil-pjanijiet tal-kowċ Erik Ten Hag.

McTominay diġa’ ta d-disponibbilta’ tiegħu u qed jistenna xi aħbarijiet mill-aġent tiegħu biex issir din iċ-ċaqliqa lejn Stadio Diego Armando Maradona.

Sport