Friday, December 27, 2024

Scott Volkers f’Malta biex iħarreġ kowċis u għawwiema

Aqra wkoll

Il-kowċ Awstraljan tal-għawm, mgħaruf bħala wieħed mill-laqwa tad-dinja,  Scott Volkers,  huwa wieħed mill-ftit kowċis li kien involut fl-ogħla kompetizzjonijiet tal-għawm fid-dinja. Minn kowċ ta’ klabb tal-għawm, għat-taħriġ ta’ għawwiema rebbieħa ta’midalji Olimpiċi, l-għexieren ta’ snin ta’ esperjenza tiegħu huma notevoli.

Li jsir kowċ tal-għawm ma kinitx mossa ppjanata fil-karriera tiegħu. Wara talba li jgħin lill-klabb tiegħu wara t-tluq ta’ kowċ ieħor, fl-eta ta’ dsatax il-sena Volkers kellu ftit esperjenza iżda ħafna entużjażmu. Fl-1978 huwa kiseb pożizzjoni ta’ Junior kowċ minn wieħed mill-ewwel għalliema tiegħu. Sas-snin tmenin kien diġà għamilha bħala kowċ ewlieni u minhemm beda il-karriera fix-xena internazzjonali.

Fil-karriera tiegħu kien  Direttur tal-Coaching għal Queensland Academy of Sport rwol li żamm sal-Logħob Olimpiku ta’ Sydney tal-2000. Minn hemm ‘il quddiem l-involviment tiegħu fl-Olimpjadi rawh iħarreġ diversi atleti, xi ftit mill-Brażil fejn kien ibbażat għal madwar erba’ snin. Permezz tal-kowċing tiegħu, dawn l-atleti setgħu jieħdu lejn darhom numru kbir ta’ midalji.

Ir-Rwol ta’ Volkers F’Malta

L-inkarigu f’Malta sar permezz tal-Kowċ Nazzjonali tal-Għawm ta’ Malta Delon Dannhauser. Dannhauser li ġej mill-Afrika t’Isfel, esperjenza l-metodu ta’Volkers meta  Volkers kien qed jikkowċja hemmhekk.

“L-Assoċjazzjoni Sport Akwatiku ta’ Malta fehmet li meta wieħed jipprova jttejjeb il-prestazzjoni, is-sigriet jinsab fid-dettall. Jekk irridu nilħqu l-għanijiet tal-ASA li nġibu suċċess internazzjonali f’livelli ogħla għal Malta, rridu nifhmu x’qed isir b’mod korrett sabiex inkomplu nagħmlu kif ukoll nifhmu dak li mhux qed isir b’mod korrett biex ikun jista’ jiġi rettifikat malajr kemm jista’ jkun” – Delon Dannhauser.

“B’ħames Logħob Olimpiku għal ismu, kowċing fl-ogħla livelli, dan huwa dak li għandhom bżonn l-għawwiema u l-kowċis tagħna. Irridu nżidu l-livell tagħna u dan huwa l-ewwel pass.” – Joe Caruana Curran, President, ASA. “ Il-viżjoni tal-ASA hija li tiffoka mhux biss fuq l-għawwiema iżda wkoll li tagħti lill-kowċis l-għodda meħtieġa biex jagħrfu dak li jeħtieġ jiġi indirizzat f’taqsimiet aktar dgħajfa. Wieħed irid jifhem li l-ħajja ta’ kowċis fl-isport hija ferm itwal minn dik ta’ għawwiem – għawwiem jiġi u jmur, kowċ jibqa’ fuq ix-xena għal perjodu ta’ żmien ferm itwal.”

Volkers enfasizza li t-taħriġ jrid jilħaq il-massimu minn perspettiva xjentifika u fiżjoloġika u l-kowċis jeħtieġu li jkunu kapaċi jifhmu dawn l-aspetti. Dannhauser spjega li l-kredenzjali ta’ Volkers żgur għandhom jimmotivaw lill-kowċis lokali biex japprezzaw il-kritika li qed tingħata waqt is-sessjonijiet li qedin isiru fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq.

Sfidi tal-Gżejjer Żgħar

Għalkemm in-nazzjonijiet jesperjenzaw diffikultajiet simili, kull pajjiż joffri xenarju differenti biex jaħdem biħ. Peress li Malta hija gżira żgħira, Volkers jipprova jgħallem lil-atletli biex jemmnu iktar fihom nsfushom.

“Dejjem nara sa fejn nista nasal. . Nara difetti tekniċi, naħdem fuqhom u mbagħad nimxi biex nara żviluppi. Huwa dejjem dwar it-twemmin li tkun kapaċi tagħmel aħjar. Dan huwa ovvjament ix-xogħol tal-kowċis li jagħmlu dan” – Scott Volkers.

Min ikun qed jirċievi taħriġ bħal dan huwa xi ħadd li jixtieq itejjeb u ma jibżax jgħaddi mill-oqsma ta’ titjib partikolarment fejn tiġi kkoreġuta t-teknika. L-aspettattivi, il-kompetizzjoni u l-inkoraġġiment huma ogħla f’dan l-isfera.

Nindirizzaw l-Isfida

Meta jaħdem ma’ kowċis u atleti Volkers jieħu stampa ta’ dak li għandu bżonn jiffaċċja sabiex jibda x-xogħol tieħu.  L-implimentazzjoni tal-coaching hija arti u l-interazzjoni bejn kowċ, atleta u l-kowċ ewlieni tieħu ż-żmien.  Barra minn hekk, wieħed jridi jkun dinamiku u tifhem li l-bidla hija meħtieġa minn żmien għal żmien u huwa kruċjali biex jinkiseb is-suċċess.

L-involviment ta’ Volkers ma’ Malta se jkun maqsum fi tliet okkażjonijiet, l-ewwel waħda minnhom qed isseħħ issa. Il-pass li jmiss se jkun f’Lulju, li matulu jiġi vvalutat il-progress. Din iż-żjara għandha tikkoinċidi mal-Kampjonati Nazzjonali. Wara ssir il-fażi tal-peaking, u li se tħejji lill-atleti għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-Logħob tal-Pajjizi ż-Żgħar tal-Ewropa fl-2023 li se jiġu organizzati f’Malta.

“Irridu li kull atleta jkun fl-aqwa tiegħu meta jsiru l-Logħob u nkunu lesti għall-isfida. Ovvjament ma nistgħux nagħmlu mirakli… huma biss jieħdu ftit itwal!” Volkers kkonkluda bi tbissima.

Provi tal-Ħin tal-Għawm

Volkers kien preżenti wkoll għall-ewwel avveniment tal-provid tal-ħin tal

għawm għall-istaġun 2021/2022, li pprovdietlu opportunità tajba biex jara aktar talent ta’ Malta fil-kompetizzjoni. L-attività laqgħet għadd kbir ta’ għawwiema, li jirrappreżentaw lill-Clubs kollha affiljati. L-Assoċjazzjoni Sport Akwatiku ta’ Malta se tospita t-tieni avveniment Time Trial nhar is-Sibt 26 ta’ Frar mill-1000hrs fil-Pixxina Nazzjonali Tal-Qroqq.

Ekonomija

Sport