Thursday, March 20, 2025

Scouts ta’ Real Madrid jaraw lil Ethan Nwaneri

Aqra wkoll

Il-ġganti Spanjoli Real Madrid bagħtu xi scouts sabiex jaraw fl-azzjoni lill-istilla ta’ Arsenal Ethan Nwaneri. Dan tal-aħħar għad għandu 17-il sena u jilgħab bħala winger fuq in-naħa leminija tal-grawnd għalkemm kapaċi jaqdi wkoll ir-rwol ta’ midfielder offensiv.

Hu diġa’ ngħata l-opportunita’ mill-kowċ Mikel Arteta sabiex jilgħab tant li deher 21 darba u skorja tliet gowls.

Il-kowċ ta’ Real Madrid Carlo Ancelotti rah fl-azzjoni f’xi videos u kien għalhekk li bagħat xi scouts lejn l-Emirates Stadium.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport