Sunday, December 22, 2024

Se jagħtu donazzjoni ta’ €10 miljun fi prodotti lill-Ukrajna

Aqra wkoll

Il-kumpanija Schwarz Group, katina ta’ bejgħ bl-imnut multinazzjonali preżenti f’Malta bil-marka Lidl, qed issegwi l-iżviluppi fl-Ukrajna b’attenzjoni sħiħa u għadha kif ħabbret li se tkun qed tagħti prodotti b’valur ta’ €10 miljun b’donazzjoni lill-Ukrajna.

Fi stqarrija, il-kumpanija spjegat li ilha f’kuntatt ma’ diversi organizzazzjonijiet ta’ għajnuna lokali mill-bidu tal-kriżi u d-donoazzjoni se tkun qed issir permezz ta’ Lidl u Kaufland.

Schwarz Grup qal li ddeċiwda li jagħti din id-donazzjoni fl-isfond tas-sitwazzjoni diffiċli li qed jesperjenza l-pajjiż tal-Ukranja u fost il-prodotti li se jagħtu hemm ikel, prodotti tal-iġjene u prodotti oħra meħtieġa.

Din id-donazzjoni sinifikanti se tkun ta’ appoġġ għar-refuġjati fiż-żoni qrib il-fruntiera tal-Ukrajna.

Ekonomija

Sport