Tuesday, December 24, 2024

Se jfakkru lil Jean Paul Sofia ġimagħtejn wara l-mewt tiegħu b’laqgħa quddiem il-parlament

Aqra wkoll

Fis-sigħat li ġejjin, grupp ta’ persuni mistennija jtellgħu laqgħa kommemorattiva pubblika għall-memorja ta’ Jean Paul Sofia. Il-laqgħa se tkun qiegħda tittella’ għall-ħabta tal-4:30 p.m quddiem il-bini tal-Parlament.

Fost dawk li mistennija jattendu hemm il-Home Owners Association li fl-aħħar jiem qajmet diversi mistoqsijiet dwar l-inċident li issa ilu li seħħ ġimagħtejn. Fost id-diversi mistoqsijiet li staqsew huma saħqu li ma tagħmilx sens li l-ħtija tintefa’ fuq il-kuntrattur waħdu u saħqu li hemm differenza kbira bejn il-kuntrattur u l-iżviluppatur. Huma sostnew li hemm bżonn li nkunu nafu x’wassal għal din il-fatalità u li jeħtieġ li din l-investigazzjoni ssir b’aktar serjetà biex toħroġ il-verità kollha.

Ekonomija

Sport