Sunday, June 29, 2025

Se jibda jingħata leave apposta lil ġenitru li t-trabi tagħhom jinżammu l-ITU

- il-Prim Ministru Robert Abela

Aqra wkoll

Se tiġi introdotta biex ġenituri ta’ trabi li jkunu jeħtieġu jinżammu fl-ITU tat-tfal, l-NCIPU jkollhom leave apposta matul il-perjodu li jqattgħu m’uliedhom. Iddikjara dan il-Prim Ministru Robert Abela dalgħodu waqt intervista. F’dan ir-rigward, il-PM enfasizza li l-Gvern sa mill-bidu kien jagħti l-projitajiet lin-nies, speċjalment lil ġenituri. Hawnhekk irrefera għal fatt illi it-taħdidiet dwar il-miscarriage leave waslu fl-aħħar. 

Matul l-istess intervista, Abela tkellem ukoll fuq il-fatt li l-Gvern se jippreżenta abbozz ta’ liġi li bih tingħata forma ta’ assikurazzjoni lill-ħaddiema kollha taċ-ċivil li fit-twettiq tax-xogħol tagħhom jekk xi ħadd ifittixhom u jdaħħalhom il-Qorti jfittex għad-danni, se jkun hemm l-Istat li jassumi responsabilità u jħallas danni ordnati mill-Qorti. Ingħad li dan l-abbozz se jiġi ppreżentat fil-jiem li ġejjin biex din il-liġi, tidħol fis-seħħ qabel il-Parlament jaġġorna għas-sajf.

Il-Prim Ministru Robert Abela tenna li bħal ma’ għamel fi snin preċedenti, se jkompli jagħti serħan il-moħħ lill-ħaddiema taċ-ċivil biex jibqgħu jaħdmu mingħajr ma xi ħadd jattakkahom personalment.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport