Tuesday, December 24, 2024

Se jibda x-xogħol fuq il-junction ta’ bejn is-Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ 

Aqra wkoll

Matul din il-ġimgħa, Infrastructure Malta se tibda xogħol ta’ titjib fil-junction ta’ bejn is-Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ.

Parti minn dan il-proġett se jkun jinvolvi l-eliminazzjoni tar-roundabout li tinsab fi Triq l-Imdina Ħaz-Żebbug, inti u dieħel għas-Siġġiewi. Minflokha se tkun qed tinħoloq karreġġjata ġdida direttament lejn is-Siġġiewi jew il-barra mis-Siġġiewi u dan sabiex il-bottleneck li kien qiegħed jikkawża ħafna traffiku, permezz ta’ dan il-proġett se jgħin sabiex it-traffiku ma’ jeħilx aktar għal ħin twil.

Dawn ix-xogħolijiet se jsiru matul il-ġimgħat tas-Sajf fejn fl-ewwel fażi se jkun qed jsir xogħol ta’ twessieħ ta’ parti minn Triq l-Imdina f’Ħaż-Żebbuġ, filwaqt li eventwalment se titneħħa ir-roundabout preżenti biex minfloka tinbena il-junction il-ġdida.

Infrastructure Malta qalet li b’dan il-proġett se jitnaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar bi 30%, bix-xogħlijiet kollha jkunu lesti sla-aħħar ta’ Settembru. 

Ekonomija

Sport