Waslu f’Malta l-ewwel dożi tal-vaċċin kontra l-monkeypox. Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne fuq il-profil tiegħu ta’ Twitter. Huwa qal li d-dożi ntbagħtu bħala parti mill-mekkaniżmu komuni tal-Unjoni Ewropea fix-xiri konġunt tal-vaċċin.
Fearne qal ukoll d-dożi tal-vaċċin se jkunu offruti bla ħlas lil kuntatti primarji ta’ każi kkonfermati ta’ monkeypox.
Skont is-sit Monkeypox Meter, f’Malta ġew irreġistrati sa issa 30 każ ta’ monkeypox. Ftit jiem ilu l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ddikjarat il-Monkeypox bħala emerġenza ta’ saħħa pubblika.