Friday, May 17, 2024

Se jibdew proċeduri kriminali kontra persuni li ħasbu li huma ‘l fuq mil-liġi

- Daniel Attard, Kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew

Aqra wkoll

“Fil-jiem li ġejjin se jibdew proċeduri kriminali kontra persuni li ħasbu li huma ‘l fuq mil-liġi”. Hekk ħabbar Daniel Attard, kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew waqt li kien qiegħed jindirizza attivita politika f’Wied il-Għajn.

Kien fil-5 ta’ Frar li għadda meta Daniel Attard bl-assistenza tal-Avukat Ishmael Psaila, mar il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fejn għamel kwerela wara post li tella’ fuq Facebook Robert Aquilina, Godfrey Leone Ganado ppubblika kliem ta’ tixwix u mibgħeda fil-konfront tal-Mexxej attwali tal-Partit Laburista, il-predeċessur tiegħu u kull min jappartjeni għal dan il-partit.

Attard qal li hu ħa azzjoni biex f’pajjiżna jkollna ġustizzja li ma tħares lejn wiċċ ħadd. Sostna li dawn l-azzjonijiet ħadhom f’isem l-għaqda u mhux f’isem il-mibgħeda. Ħa dawn l-azzjonijiet f’isem il-Maltin u l-Għawdxin kollha.

Fl-istess diskors, Attard qal li qiegħed hemm biex jindirizza t-tħassib tal-laburisti u tal-Maltin u l-Għawdxin kollha. Qal li hu qiegħed hemm biex jara x’wassal li dawn in-nies qegħdin jgħidu li ma jridux joħorġu jivvotaw. “Ma nistgħux inkunu arroganti bħalma kien il-Gvern ta’ Gonzi PN u anke l-Partit Nazzjonalista meta kien imexxi minn Simon Busuttil.

Sport