“Fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qed inħabbru d-dettalji u nimplimentaw miżuri maħsuba, biex persuni li jkunu għalqu l-25 sena servizz fil-korpi dixxiplinati ikunu inċentivati anke finanzjarjament biex jagħmlu perjodu itwal fil-korp. Biex ma jirtirawx mal-ħamsa u għoxrin sena”. Ħabbar dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela f’kummenti fuq ONE Radio waqt kollegament dirett.
Dr Abela saħaq li dawn il-persuni jkollhom esperjenza li mhux ta min titħalla tintilef u għalhekk gvern Laburista se jkun qiegħed jieħu l-inizjattiva neċessarja għal dan il-għan. Il-Prim Ministru fakkar li din kienet wegħda oħra fil-manifest elettorali u kkonferma li l-Kabinett diġà ddiskuta kif irid jimplimenta din il-bidla u fil-ġimgħat li ġejjin se jkunu qed jagħtu iktar dettalji dwarha u fuq kollox jimplimentawha