Tuesday, December 24, 2024

Se jidħol fis-seħħ avviż legali ġdid dwar il-ħruġ tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma

Aqra wkoll

Il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża qed jiffinalizza l-aspetti kollha biex jibda jitħaddem Avviż Legali ġdid dwar il-ħruġ tal-kontijiet tad-dawl u tal-ilma, kif ġie imwiegħed fil-Budget għal din is-sena.

Fil-fatt, l-avviż legali u s-sistema l-ġdida mistennija jibdew jitħaddmu fil-ġimgħat li ġejjin u se jkollhom effett minn Jannar 2022.

L-avviż legali preżenti kien introdott fl-2009 u l-unika bidla li saret minn dakinhar kienet li l-kontijiet raħsu b’25%.  

Fil-Budget 2022, il-gvern għamel impenn ċar li l-avviż legali li jirregola l-komputazzjoni tal-kontijiet tad-dawl u tal-ilma se jkun emendat.

Permezz ta’ din is-sistema ġdida, il-konsumaturi ser ikunu qed iġemmgħu l-units orħos li ma jużawx biex imbagħad ikunu jistgħu jużawhom f’perjodu fejn ikollhom il-konsum ogħla.

Is-sentenza tal-qorti li ngħatat fl-aħħar sigħat għad trid tkun analizzata, u dak imwiegħed xhur ilu fil-Budget għal din is-sena m’għandu bl-ebda mod jippreġudika kull azzjoni li għad tista’ tittieħed.

Il-gvern preżenti jibqa’ l-iktar wieħed kredibbli fis-settur tal-enerġija.

Huwa wkoll dan il-gvern li tassew iħares il-konsumatur. 

Fl-iktar mumenti diffiċli, dawk ta’ pandemija u ta’ gwerra li qed ikollha effetti mhux żgħar, il-gvern ħadem biex jibqa’ jagħti l-orħos kontijiet possibbli lill-konsumaturi b’investiment ta’ mijiet ta’ miljuni ewro.

Dan biex illum il-konsumaturi Maltin għandhom fost l-irħas kontijiet fl-Unjoni Ewropea, kuntrarju għal meta kien ikollhom żidiet ferm ogħla milli kien ikun hemm fil-pajjiżi Ewropej.

Ekonomija

Sport