Thursday, October 17, 2024

Se jiġi organizzat l-Elite Basketball Turnament 2024

Aqra wkoll

Elite Basketball Turnament Malta 2024 reġa magħna u ħa jkun qed joffri avveniment fejn ħa jintwera livell għoli ta’ baskitbol. Dan ser ikun preseason tournament għal timijiet lokali fejn ser jikkompetu kontra timijiet barrannin il-ġimgħa d-dieħla.

L-avveniment tant mistenni ta’ l-Elite Basketball Tournament Malta 2024 li qed isir għar-raba sena konsekuttiva ser ikun qed isir bejn 11 ta’ Settembru u 13 ta’ Settembru, fejn ser iġib talent mill-kontinent Amerikan u Renju Unit li ħa jkunu qed jisfidaw it-talent lokali fosthom ir-rebbieħa ta’ l-istaġun passat, Starlites Naxxar. Dan l-avveniment fuq skala internazzjonali għal clubs Maltin ħa jkun qed isir fil-padiljun modern tal-Malta Basketball Association f’Ta’ Qali, u fejn is-supporters lokali ħa jassistu għall-ewwel kompetizzjoni ta’ qabel l-istaġun wara l-waqfa twila tas-sajf. L-għan ta’ dan l-avveniment hu li nġibu timijiet barrannin ta’ livell għoli fejn juru t-talent tagħhom u jkunu ta’ inspirazzjoni għaż-żgħażagħ Maltin filwaqt li timijiet lokali juzaw din l-opportunita’ bħala parti mill-preparamenti tagħhom għal bidu ta’ l-istaġun. Timijiet lokali ser ikollhom iċ-ċans jikkompetu fuq livell għoli, jakkwistaw esperjenza internazzjonali, u juru t-talent tagħhom quddiem scouts u kowcis barrannin mill-Amerika u Renju Unit.

“Dis-sena l-avveniment qed jiġbed aktar interess u ninsabu kuntenti li rnexxilna nġibu tim mir-Renju Unit għall-ewwel darba f’dan l-avveniment importanti. Hi opportunita’ kbira għal clubs lokali fil-preparamenti tagħhom li jilagħbu f’avveniment ta’ livell għoli. Dan hu l-uniku avveniment li jsir kull sena fejn clubs lokali ikollhom l-opportunita’ jilagħbu fuq livell internazzjonali. Kuntenti li ilna noffru din l-opportunita’ għal dawn l-aħħar erbgħa snin.”

Matul dan l-avveniment ser ikollna sessjoni ta’ taħriġ għal tfal u żgħażagħ Maltin immexxija minn kowcis ta’ livell għoli mill-kontinent Amerikan lesti biex jinspiraw il-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ baskitbol plejers Maltin. Dan il-kamp ta’ taħrig ħa jsir l-10 ta’ Settembru fejn kowcis Amerikani ħa jkunu qed jgħallmu l-abilitajiet fundamentali tal-baskitbol u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom ma dawn iż-żgħażagħ. Dawn sessjonijiet ħa jkunu mmexxija mill-plejer leġġendarja ta’ WNBA Andrea Stinson fejn intażgħlet bħala All Star plejer għal diversi snin fost l-unuri li rebħet u li illum hi kowċ f’kulleġġ Amerikan. Magħha ħa jkun hemm il-kowċ Kevin Cantwell li ħadem ma bosta timijiet fl-ogħla diviżjoni ta’ l-NCAA fejn ħarreġ diversi plejers ta’ livell għoli li marru jilagħbu fl-NBA (22 b’kollox) fosthom il-plejer famuż Stephan Marbury. Dan it-taħriġ ħa jsir taħt il-gwida esperta tal-Head Kowċ Sean Kilmartin li m’għandu bżonn l-ebda introduzzjoni fid-dinja tal-baskitbol, wara diversi suċċessi bħala plejer u iktar tard fil-karriera bħala kowċ.

“Dawn sessjonijiet ta’ taħriġ għat-tfal u żgħażagħ Maltin huma importanti għal dan l-avveniment sportiv, għax qed inkunu qed nagħtu opportunita’ unika fejn plejers lokali jkollhom ċ-ċans li jitħarrġu minn kowċis barrannin li ġejjin b’esperjenzi importanti  fl-ogħla kampjonati Amerikani ta’ NCAA u WNBA. Nemmnu li għadna nagħtu importanza u prijorita’ lit-talent żgħażugħ lokali waqt dan l-avveniment. Dan il-kamp ilu jsir erbgħa snin b’suċċess u kull sena nnutajna li kiber ħafna fil-popularita, tant li anke jkollna kowċis lokali li jiġu jsegwu taħriġ li joffru dawn il-kowċis barrannin.”

Jikkompetu din is-sena ħa jkollna lit-tim ta’ Hibernians fejn ħa jkunu qed jagħmlu sfida għal unuri lokali dan l-istaġun wara kampanja importanti ta’ akkwisiti dan is-sajf, Starlites li huma iċ-Ċhampions lokali u qegħdin fil-perparamenti biex jikkompetu għall-ewwel darba fil-Euro Cup, ARU Universita li jikkompetu fl-ogħla kampjonat tal-universitajiet tar-Renju Unit u jipparteċipaw fit-tielet diviżjoni tal-kampjonati nazzjonali. Ma dawn it-timijiet jingħaqdu t-tim ta’ USA Select li ddommina l-avveniment għal dawn l-aħħar erbgħa snin fejn ħa jkunu qed ittemmu t-tour Ewropew tagħhom hawn Malta. Din is-sena ser jkollna premjijiet speċjali fejn ħa jintagħżel l-All Star Tim u ħa jingħata premju għal l-aħjar plejer ta’ dan l-avveniment.

Dan it-turnament iservi ta’ pjattaforma important għal scouts u kowċis barrannin fejn jaraw talent lokali u barrani jilgħab f’kompettizjoni ta’ livell għoli. It-timijiet barrannin ħa jkollhom opportunita’ li jżuru u jesperjenzaw is-sbuħija tal-kultura u l-istorja ta’ Malta, permezz ta’ vjaġġi f’postijiet rinomati Maltin.

“L-isport hu mezz important fejn inkabbru l-għaqda u nifhmu aktar lil xulxin għalkemm inkunu ġejjn minn kulturi differenti. Malta toffri opportunita’ unika fejn jidħol turiżmu sportiv bis-sbuħija tagħha u permezz ta’ dawn l-avvenimenti jirnexxilna noħolqu opportunitajiet ġodda għal isport lokali fuq skala internazzjonali.”  

“Qegħdin inħarsu b’interess qawwi għal Elite Basketball Tournament Malta 2024,” kompla Mr. Ruben Baldacchino, organizattur ta’ l-Elite Basketball Tournament. “Dan l-avveniment li jagħti esperjenza ta’ logħob internazzjonali lil clubs Maltin, jagħti wkoll l-opportunita lit-talent żagħżugħ Malti li jitħarreġ taħt kowcis internazzjonali filwaqt li nkunu qed insaħħu kollaborazzjoni important fuq livell internazzjonali fil-kamp sportiv. Nixtieq nirringrazzja lil Visit Malta u Malta Basketball Association għas-sapport li tawna biex norganizzaw dan l-avveniment tant mistenni.”

Dan l-avveniment ser ikollu entratura b’xejn u s-supporters huma nkorraġġati jagħtu support lil clubs lokali. Għal aktar informazzjoni tistgħu ssibuha fuq il-mezzi soċjali tagħna fuq:

Facebook – Elite Basketball Tournament Malta

Insagram –  Elite Sports Management Malta

YouTube – Elite Sports Management Malta

Sport