Wednesday, January 22, 2025

Se jiġi rinovat il- Ġibjun tan-Naxxar 

Aqra wkoll

Malta, 22 ta’ Jannar, 2025 – Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (KSI) qed tagħti bidu għal proġett infrastrutturali kritiku mmirat biex itejjeb l-affidabbiltà u s-sigurtà tas-sistema tal- provvista tal-ilma tan-nazzjon. Dan l-investiment, li jiswa qrib it-€3 miljun, huwa parti minn inizjattiva akbar biex jiġu rinnovati l-assi u l-ġibjuni kritiċi tagħna – bħall-ġibjuni ta’ Ħal Luqa u n-Naval, li diġà ġew rinnovati – bħala parti mill-Pjan ta’ Investiment Nazzjonali (NIP) tagħna. 

Il-ġibjun tan-Naxxar se jiġi mtejjeb biex tiġi indirizzata tnixxija kronika, tiġi mibdula l-istruttura tas-saqaf tal-konkos li għandna ż-żmien, jiġu mibdula kolonni ta’ sostenn interni, u jitpoġġew pajpijiet tal-ħruġ akbar. Dan it-titjib huwa essenzjali biex tinżamm l-integrità u l-effiċjenza tas- sistema tal-provvista tal-ilma. Il-ġibjun, mibni fl-1938, serva bħala parti kruċjali mill- infrastruttura tal-ilma ta’ Malta għal għexieren ta’ snin sal-lum stess. 

Mit-22 ta’ Jannar 2025, il-KSI se tibda tbiddel is-saqaf u l-elementi strutturali kollha filwaqt li żżomm il-ħajt storiku eżistenti tal-perimetru tal-ġibjun tan-Naxxar, komponent vitali fin- netwerk tad-distribuzzjoni tal-ilma tal-gżira. 

L-Ewwel Fażi ta’ din l-impriża essenzjali hija mistennija li tifrex fuq tmien ġimgħat, u hu antiċipat li titlesta sa nofs Marzu 2025. Matul dan il-perjodu, se jinbena ħajt ta’ sostenn biex jaqsam il- ġibjun eżistenti, sabiex tiġi rrestawrata s-saħħa tan-netwerk tad-distribuzzjoni u l-provvista ta’ ilma mill-imsemmi ġibjun kemm jista’ jkun malajr. Sa dakinhar, il-ġibjun tan-Naxxar se jkun dekummissjonat temporanjament. 

Biex tkun żgurata l-kontinwità tal-provvista tal-ilma, it-timijiet tekniċi tagħna ilhom xhur jaħdmu fuq pjan ta’ kontinġenza, li bih il-parti ċentrali ta’ Malta se jkolla l-provvista tal-ilma ġejja direttament mil-linji ta’ produzzjoni tagħna. 

Il-klijenti tagħna jistgħu jesperjenzaw pressjoni baxxa tal-ilma matul l-ewwel tmien ġimgħat tal- operazzjoni. Madankollu, il-KSI stabbiliet miżuri komprensivi biex tiżgura li l-kwalità tal-ilma ma’ tkunx kompromessa. Il-ġibjun se jkun bypassed, u l-ilma se jiġi fornut direttament mill- ġibjuni ta’ Ta’ Qali, biex jinżammu l-istandards għoljin ta’ kwalità u sigurtà. 

“Aħna nibqgħu sodi fl-impenn tagħna li niżguraw l-ogħla standards ta’ kwalità u servizz għall- klijenti stmati tagħna,” iddikjara l-Kap Eżekuttiv tal-KSI Karl Cilia. “Dan il-proġett jenfasizza d- dedikazzjoni tagħna għall-eċċellenza infrastrutturali u l-pożizzjoni proattiva tagħna biex niżguraw futur tal-ilma sostenibbli għal Malta.” Barra minn hekk, pannelli solari b’kapaċità massima ta’ 600kWp se jiġu installati fuq is-saqaf tal-ġibjun fuq spazju ta’ 3,000 sqm. Dan ħa jkompli jsaħħaħ l-impenn tagħna għas-sostenibbiltà. 

Għal aktar informazzjoni dwar it-tibdil tas-saqaf tal-ġibjun tan-Naxxar u l-impatt tiegħu fuq il- provvista tal-ilma, jekk jogħġbok żur il-websajt tagħna fuq www.wsc.com.mt jew ikkuntattja lit- tim ta’ customer care tagħna fuq 8007 6400. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport