“Aħna bħala Fondazzjoni għaltal-Akkkomodazzjoni Affordabbli se nkunu qegħdin nagħmlu disponibbli djar affordabbli b’mill-inqasi 30% skont fuq il-prezz meta mqabbel ma’ dak tas-suq. Inħloqna għalhekk, biex inpoġġu fis-suq provvista illi tkun affordabbli u li tkun indirizzata għal ħaddiema, individwi u koppji illi għandhom dħul minn baxx sa medju”. Dan iddikjarah il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli Jake Azzopardi f’intervista ma’ It-Torċa, enfasizza li fil-passat l-isfidi tal-affordabilità kienu assoċjati ma’ persuni illi kienu jesperjenzaw il-faqar. Qal li dawn kienu assoċjati ma’ nies illi huma dipendenti fuq is-servizzi soċjali u dawk meqjusa vulnerabbli. Irrimarka kif aktar ma’ għadda żmien u ma’ kibret l-ekonomija, il-pagi u l-valuri tal-proprjetà ma’ baqgħux jikbru bl-istess rata u dik kabbret faxxa ta’ nies illi aħna nsejħulha l-klassi imġebbda.
F’dan ir-rigward, Azzopardi qal ukoll; “Għandek nies illi minkejja li għandhom paga, dik il-paga xorta waħda mhix biżżejjed biex il-prezzijiet tal- propjetà tkun jkunu tapplika jappellaw għalihom. Mela ma’ stajtx tibqa’ tilħaq lil dawk in-nies bil-metodi l-antiki. Il-housng soċjali ma’ kienx għadu waħdu għodda biżżejjed biex tilħaq din il-kategorija ta’ nies li mhux qed jistennew handouts jew servizz soċjali, imma qed jistennew li jsiru konsumatui sħaħ tas-suq soċjali”
Żied jgħid li; “din il-kategorija ta’ nies kellna nilħquhom u allura kellu jkun il-metodu tal-business soċjali. JiIġifieri ridna nużaw metodi kummerċjali biex nilħqu għan soċjali u biex inpoġġu fis-suq provvista ta’ kwalità tajba u li tasal għand firxa ikbar ta’ nies, ħaddiema, bi prezz li jappella għal buthom”.
“Illum hemm minimu ta’ 260 appartament fuq dawn l-erba’ siti li akkwistajna”
Il-Kap Eżekuttiv saħaq li illum hemm minimu ta’ 260 appartament fuq dawn l-erba’ siti li l-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli akkwistat u li jistgħu jiġi mibnijin.
Ma’ dan il-ġurnal, Azzopardi qal; “Qed ngħidu minimu għaliex qed nisitennew disinnji differenti u allura naturalment jista’ jkun hemm iżjed minn dawk il- minimu li aħna qegħdin nistennewstmajna. Però dan il-proċess jista’ jibqa’ jiġi rreplikat u aktar nies jistgħu jsibu aċċess għal djar affodabbli fis-snin illi ġejjin”.
Fir-rigward ta’ pajjiżna, il-Kap Eżekuttiv qal li fejn dak li jkun jitkellem fuq id-djar, normalment aħna l-Maltin imdorrijin jew li naraw dawn jew jibnihom il-privat għal l-akbar profitt possibbli jew inkella jibnihom il-Gvern għal għan purament soċjali, ħafna drabi għal dawk l-aktar vulnerabbli fostna.
Azzopardi saħaq li; “Hawnhekk għandek business soċjali, il-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli, l-ewwel business soċjali fis-settur tal-akkomodazzjoni illi qed tibda xi ħaġa ġdida għal Malta. Aħna bħala Fondazzjoni niċċaħdu minn partijiet importanti tal-profitt għal l-akbar gwadann tal-klijent tagħna, ta’ min qiegħed jakkwista dar affordabbli”.
Żied jgħid li hemmhekk wieħed jista’ jara kif b’dan il-mudell, verament wieħed jista’ jilħaq il-valur soċjali li n-nies ikollhom id-dar tagħhom però b’mod illi jkun sostenibbli finanzjarjament. Sostna li jinsab konvint minn dan il-mudell għaliex qed jara illi dan jaħdem għal kulħadd.
“Se jkollok għadd ta’ nies illi se jkunu qed jakkwistaw proprjetà ta’ kwalità”
Fejn jidħol l-akkomodazzjoni soċjali, ma tonqosx żgur il-kelma kwalità. Dwar dan, il-Kap Eżekuttiv qalilna li permezz ta’ dan kollu, se jkun hemm għadd ta’ nies illi se jkunu qed jakkwistaw proprjetà ta’ kwalità.
Qalilna wkoll li peress li huwa mudell mibni fuq il-kollaborazzjoni diretta mal-industrija, il-Fondazzjoni mmexxija minnu qed taċċerta ruħha li min se jibni se jagħmel qligħ xieraq però mingħajr lok ta’ spekulazzjoni. Dan ifisser li sid l-art, li f’dan il-każ huwa l-Gvern se jkun qed jirkupra l-valur tal-art għax dik ma’ tkunx tajjeb li tgħaddiha b’xejn skont stimi indipendenti.
Ġie rrimarkat li l-Fondazzjoni li qed tikkrea dan is-suq soċjali u dan l-ispazju safe sigur biex isiru tranżazzjonijiet tajbin ta’ djar, hemmhekk din se tkun qiegħda tkopri l-ispejjeż amministrattivi tagħha, filwaqt li jibqala’ biex tkompli tinvesti f’aktar housing affordabbli.

Qalilna wkoll; “L-innovazzjoni iktar u iktar minn dak li għidt hija li filwaqt li aħna forsi mdorrijin naraw entità pubblika illi tagħmel żewġ tranżazzjonijiet separati is-soltu, waħda ma’ min qed jibni, iimbagħad tranżazzjoni sepearata ma’ min qed jirċievi s-servizz, hawnhekk għandek lil min qiegħed jakkwista d-dar, għandu tranżazzjoni diretta ma’ min qiegħed jibniha u f’dan is-suq soiċjali kkrejat mill-fondazzjoni, biex jagħti ċertezza”.
Azzopardi żied jgħid; “allura dawk in-nies li se jakkwistaw dar affordabbli mhumiex benefiċċjarji ta’ servizz soċjali, imma huma konsumaturi f’suq soċjali. Qed nippremjaw il-kwalitá. Aħna issa ħriġna sejħa biex fuq dawn l-erba’ artijiet imxerrdin ma’ Malta li akkwistajna isir il-bini, qed nilqgħu l-offerti ta’ kuntratturi bid-disinn tagħhom u bi prezz abbinat għal kull appatament u se grazzi għal naraw kumitat ta’ evalwazzjoni indipendenti kompost minn esperti, se naraw li dak id-disinn huwa viabbli, li huwa estetikament ta’ valur, u li huwa sostenibbli”.
“Fl-aħħar snin, l-isfidi tal-affordabilità fis-settur tal-akkomodazzjoni kien il-Gvern waħdu li qed jipprova jindirizzahom”
Matul din l-intervista tkellimna wkoll dwar l-isfidi li jġib miegħu s-settur tal-affordablità fl-akkomodazzjon soċjali. Dwar dan is-suġġett, Azzopardi beda bex qalilna li; “fl-aħħar snin, l-isfidi tal-affordabilità fis-settur tal-akkomodazzjoni kien il-Gvern waħdu li qed jipprova jindirizzahom. Naħseb li jekk wieħed jitkellem fuq għajnuna f’dan is-settur, kien hemm volum għoli ta’ għajnuna, li ġiet kollha mill-Awtorità tad-Djar”
Qal li l-għajnuna, kellha, għadha u mhux se tieqaf hawn, għax skontu dejjem rat kif se ssaħħaħ idejn min qed jixtri jew inkella min qed jikri biex jilħaq il-prezz tas-suq. Fir-rigward tal-Fondazzjoni li jmexxi Azzopardi nnifsu, qalilna li; “ bħala fondazzjoni, ridna nibdlu ftit il-logħba. Ridna naraw kif se nindirizzaw dak il-prezz. Ma xtaqniex nagħmlu engagement biex nidħlu f’tellieqa mal-prezz illi aħna m’aħna sejrin nilħqu qatt. Allura bix-xieraq igawdi kulħadd, ma jbati ħadd u b’mod illi jkun sostenibbli”
Tkellimna wkoll fuq il-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli, fejn Azzopardi jokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv. Dwar il-Fondazzjoni qalilna li din ilha topera għal perjodu ta’ sentejn u li f’sentejn nedew żewġ inizjattivi b’saħħithom. Fl-ewwel sena, anke riżultat ta’ qafas ta’ riċerka li kienu ħejjew, riedu jifhmu n-nies li jinsabu fl-priferija tas-suq u dawk li jinsabu just outside the property market x’kellhom bżonn.
Qal ukoll; “Bnejna dan l-istrument finanzjarju flimkien mal-bank APS biex inraħħsu parrti mill-imgħaxx biex allura persuna li bi ftit tista’ tixtri d-dar tagħha, taħseb għal self ikbar u imgħaxx iżgħar u taċċessa u allura tixti dar iilli għandha bżonn u dak huwa Lloan Uup”
Hawnhekk, Azzoparrdi żied jgħid; “Meta nedejna l-loan upLoan Up, dakinhar stess għedna li din mhijiex id-destinazzjoni. Dan huwa l-ewwel pass tagħna bħala Fondazzjoni fid-direzzjoni li mexjin. Id-direzzjoni kienet li fis-suq Malti kien illi jkollna fluss permanenti ta’ provvista affordabbli, ta’ djar affordabbli li jidħlu fis-suq u allura konna determinati li f’qasir żmien naslu b’mudell illi jbda jħallilek il-frott, inpoġġu fis-suq djar affordabbli li jkunu disponibbli għal ħaddiema bi dħul baxxa sa medju”.
“Il-ħolma ta’ kull Malti żgur hija li jkun sid ta’ daru”
Qalilna li fil-fehma tiegħu l-inizjattiva ta’ Djar Affordabbli qed tilħaq dak l-għan u li dan mhuwiex proġett imma anke proċess li jara li f’Malta dejjem u kull min jaħdem ikollu aċċess għal dar illi jista’ jaffordja. Qalilna wkoll li hu jsejjaħlu l-mudell Malti tal-akkomodazzjoni affordabbli għaliex l-ewwel ħaġa jdur mal-ħolma Maltija li wieħed ikollu d-dar tiegħu.
Żied jgħid; “It-tieni ġej minn dak li fhimna aħna li huwa s-suq Malti. It-tielet huwa li dan qiegħed jindirizza eżatt il-vojt li kien jeżisti fis-suq Malti, kellek faxxa li kellha bżonn provvista targeted għaliha. Għandu 4 elementi; mibni fuq il-kollaborazzjonil-operazzjoni diretta mal-industrija, ma jiġrix wara l-prezz imma jibaxxih, huwa sostenbbli u allura kunfidenti li huwa replikabbli għal dejjem u jagħti lok illi n-nies qed isiru sidien ta’ darhom”
Dwar is-settur tal-kostruzzjoni, il-Kap Eżekuttiv qal; “Is-settur tal-kostruzzjoni huwa mogħni bl-esperti tiegħu u bil-karatteristiċi tiegħu. Id-djar illi ngħixu fihom ġejjin minn dak is-settur. Aħna l-esperjenza illi għandna turi illi fis-settur privat Malti hawn rieda importanti li jkun hemm kontribuzzjoni lejn is-settur soċjali tal-pajjiż. Aħna tajna opportunità biex dan jieħu forma aktar solida u qed nifmhu nifhmu illi l-interess huwa b’saħħtu u dan żgur mhux se jkun l-ewwel aħħar pass”
Spejga Spjega li dan huwa proċess li beda u proċess li mhux se jieqaf. Qal ukoll; “Huwa riżultat ta’ djalogu ma’ kulħadd. Tkellimna ma’ esperti, tkellimna mal-banek u ma’ istituzzjonijiet finanzjarji , mal- industrijai u għaqdiet, jiġifieri dan huwa diġa’ riżultat ta’ dak kollu u nemmen illi din hija t-triq ‘il -quddiem, jiġifieri mudell illi minnu jista’ jgawdi minnu kulħadd u li fih għandu opportunità għal kulħadd u għalwaqt li jilħaq l-għanijiet soċjali illi għandna bżonn”
“Teżisti ħafna għajnuna fejn tidħol il-kera”
Minbarra l-akkomodazzjoni soċjali, waqt din l-intervista ġie diskuss ukoll il-fatt li wieħed jikri u forsi xi sfidi wieħed jista’ jsib. Fuq il-kera, Azzopardi beda biex qalilna li fil-fehma tiegħu teżisti ħafna għajnuna fejn tidħol il-kera. Qal li diġa’ kien hemm, għad hemm u jemmen li se jibqa’ ikun hemm għal min qiegħed jikri biex jaffordja dik il-proprjetà.
Irrimarka li naturalment hemm il-ħsieb illi wieħed jadatta mudelli sostenibbli anke fi ħdan il-business soċjali biex jidħlu f’dak is-suq u nagħtu iktar alternattivi diċenti. Irrimarka li; “Illum is-suq tal-kera huwa mogħni b’domanda varjata ħafna min-natura tiegħu, fejn jidħlu nies b’esiġenzi differenti, min temporanji ħafna, min temporanji naqra inqas u min forsi kważi semi-permanenti”.
Żied jgħid li; “l-isfortuna hija li sal-lum il-politika tal-ippjanar tagħna għadha tippompja fis-settur tal-akkomodazzjoni, djar tal-istess tip illi konna naraw ħafna għoxrin sena ilu. F’għoxrin sena, inbidlet is-soċjetà, l-eżiġenzi tal-housing varjaw, l-għamla tal-familji ma’ baqgħetx l-istess, imbagħad qed naraw dak l-stess għamla ta’ djar. ”
Aktar nies ikollhom Akkommodazzjoni Affordabli
Dwar dak li ġie mniedi fi ħdan il-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli, il-Kap Eżekuttiv qal li dak li nedew dan ix-xahar huwa mudell illi mhux ipoġġuh fil-konkrit, jiġifieri żgur illi minn hawn lil hemm issa, huwa proċess li jkompli għaddej u għalhekk mhux se jieqaf hawn. Qal li l-idea hi li naturalment li tilħaq nies ġodda. Diġa’ kien mudell li twaqqaf u nħoloq biex jilħaq nies ġodda u l-għan tiegħu huwa li jibqa’ jevolvi u jirriipproduċi lilu nnifsu biex aktar u aktar nies jintlaħqu.
Qal ukoll; “JiIġifieri dan hu l-commiittment impenn tagħna lis-soċjetà. Aħna meta nedejna dan il-proċess, għidna li l-missjoni tagħna hija l-ħolma ta’ dawk in-nies illi jaħdmu ta’ kuljum, illi jkollhom id-dar tagħhom, jiftħu l-bieb tad-dar tagħhom u jibdew l-pass ġdid f’ħajjithom. Dak l-impenn ħadnih u ċertament li mux se nieqfu hawn”
Il-Kap Eżekuttiv, Jake Azzopard temm jgħid; “Il-pass li jmiss huwa l -viżjoni tagħna, li kull min jaħdem f’Mmalta jikun jaffordja dar, kemm jekk irid jixtri u kemm jekk irid jikri. Aħna dik il-viżjoni bdejna nwettquha bl-introduzzjoni ta’ din l-inizjattiva u issa bdejna proċess li ma jrid jieqaf qatt. Jiġifieri l-impenn tagħna hu li nsostnu dan il-mudell, inwassluh sal-barlkun, naraw dawk in-nies deħlin f’dawk id-djar u għaliex le, inkomplu bl-inizjattivi ta’ wara, biex naslu għand iżjed nies li jridu jsiru sidien ta’ darhom”