Żewġ ċentri ġodda ta’ testijiet għall-Covid-19 se jkunu qed jinfetħu f’Ħal Qormi u Burmarrad. Qal dan il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.
Iż-żewġ testijiet se jkunu qed iżidu l-kapaċità ta’ kemm isiru testijiet u għaldaqstant jippermettu lill-awtoritajiet biex jagħmlu aktar swab test kuljum. Dan wara li kienet reġistrata żieda sinjifikanti fin-numru ta’ każi ġodda ta’ persuni pożittivi għall-Covid-19 matul dawn l-aħħar ġimgħat.
B’hekk Malta issa se jkollha sitt ċentri ta’ testijiet wara dawk ta’ Ħal Luqa, Pembroke, tal-Isptar Mater Dei u t’Għawdex. B’hekk in-numru ta’ testijiet kuljum se jkun qed jiżdied minn massimu ta’ madwar 2,000 għal 2,500.
Matul il-jum tal-bieraħ Fearne qal li l-awtoritajiet kienu impjegaw ukoll aktar lab technicians biex jassiguraw li l-laboratorji jkunu jistgħu jlaħħqu maż-żieda fir-rata ta’ testing.