Monday, April 14, 2025

Se jingħalaq l-aċċess ta’ żewġ pontijiet minħabba problemi fl-istruttura tal-bini tal-Parlament

Aqra wkoll

Hekk kif illejla bdiet is-seduta tal-Parlament, l-Ispeaker Anġlu Farrugia nforma lid-deputati li fl-aħħar jiem is-Sedja talbet li jsiru spezzjonijiet minn perit fuq partijiet tal-binja tal-Parlament minħabba evidenza ċara ta’ ħsarat li jindikaw diversi nuqqasijiet fil-fażi ta’ kostruzzjoni ta’ din il-binja.

Stqarr li għal din ir-raġuni fuq parir tal-istess periti mqabbda mill-Malita Investment plc li għandha l-proprjetà ta’ din il-binja tal-parlament se jkun qed jingħalaq l-aċċess għal żewġ bridges li jgħaqqdu ż-żewġ binjiet tal-Parlament kemm fil-livell 1 kif ukoll fil-livell numru 3 kif ukoll l-aċċess ta’ taħt dawn il-pontijiet u dan għar-raġunijiet ta’ sigurtà.

L-Ispaker ħabbar li fil-ġranet li ġejjin se jsiru aktar spezzjonijiet sabiex ikunu determinati l-istat ta’ dawn il-bridges u x-xogħljiet li hemm bżonn isiru, min għandu jagħmilhom (tax-xogħol ħażin li sar) sabiex dawn il-partijiet ikunu siguri għal dawk kollha li għandhom bżonn jużawhom.

“Sakemm l-aċċess minn fuq il-bridges ikun magħluq, ninforma lil kulħadd li dawk il-persuni li għandhom jaqsmu binja l-oħra jridu jgħaddu mil-livell -1 imbagħad jidħlu mill-binja rispettiva. Dawn l-istruzzjonijiet se jkunu aġġornati skont il-ħtieġa,” temm jgħid l-Ispeaker Anġlu Farrugia.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport