Sunday, December 22, 2024

Se jinħatru 3 Imħallfin ġodda fil-Qrati ta’ Malta

Aqra wkoll

Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, Dott. Henri Mizzi u Dott. Mark Simiana se jkunu qegħdin jinħatru Imħallfin fil-Qrati ta’ pajjiżna. Dan tħabbar fi stqarrija li ħareġ il-President ta’ Malta Dr George Vella fejn qal li dawn il-ħatriet qegħdin isiru wara sejħa pubblika mill-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard li ħarġet fil-11 ta’ Lulju 2023 .

Nhar il-Erbgħa, 20 ta’ Settembru 2023, is-Sur Frankie Mercieca, Segretarju tal-Kumitat, ippreżentali r-rapport dettaljat dwar il-kandidati li ġew irrakkomandati bħala idonei u meritevoli għall-ħatra ta’ Mħallef fil-Qorti Superjuri, mill-Kumitat, fejn hemm evalwazzjoni dettaljata ta’ kull kandidat li fil-fehma tal-Kumitat kienu l-aktar idonei u meritevoli;

Il-President jifraħ lill-Ġudikanti ġodda u jirringrazzja lill-Membri tal-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura għax-xogħol siewi u metikoluż li wettqu.

Ekonomija

Sport