Tuesday, March 18, 2025

Se jintalab li l-inkjesta tal-Vitals tiġi inammissibli jekk jibqa’ ma jixhidx Harbinson

Aqra wkoll

Dalgħodu kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni fil-konfront tal-eks ministri Chris Fearne u Edward Scicluna b’rabta mal-inkjesta tal-Vitals.

Hekk kif kienet se tibda tinstema’ s-seduta, il-Prosekuzzjoni talbet biex tiġi żgumbrata l-awla peress li kellu jixhed l-Ispettur Andy Rotin dwar żviluppi u persuni godda li qed jiġu investigati b’rabta mal-każ. Il-Qorti laqgħet it-talba u ordnat li din is-seduta tinstema’ fil-magħluq.

Intant f’seduta separata, kompliet tinstema l-istess kumpilazzjoni din id-darba fil-konfront ta’ Ronald Mizzi, Bradley Gatt, Joseph Rapa u Alfred Camilleri. Id-difiża mmexxija mill-avukati Franco Debono, Stefano Filetti u Franco Galea, iddikjarat li jekk l-espert Jeremy Harbinson ma jiġix għall-kontro eżami, ser tkun qed titlob l-isfilz tal-inkjesta maġisterjali. Dan għaliex il-provi tal-prosekuzzjoni mressqa quddiem il-Qorti huma kollha bbażati fuq ir-rapport ewlieni li ħejja l-istess espert fl-inkjesta.

Sport