Friday, March 13, 2026

Se jintlagħbu logħbiet tal-Malta Premier League f’Għawdex

Aqra wkoll

Wara s-suċċess tas-sena l-oħra, il-Malta Premier League/Kampjonat Malta Limited, huma impenjati biex logħbiet tal-Premier League jintlagħbu fil-gżira ta’ Għawdex.

Dan intqal f’konferenza tal- aħbarijiet bil-kelliema jkunu, il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Premier League, Alan Abela, il-Ministru ta’ Għawdex u l-Ippjanar, Clint Camilleri, u l-president tal-Gozo FA,  Samuel Azzopardi.

Dan l-avveniment se jimmarka wieħed mill-istadji ewlenin fl-ewwel staġun tal-operazzjonijiet tal-MPL/KML.

Għal dan l-istaġun, il-Gozo Weekender se jkun mifrux fuq żewġ tmiem il-ġimgħa separati:

L-Ewwel Tmiem il-Ġimgħa

(11–12 ta’ April):

It-tliet logħbiet tat-Top Six minn Matchday 28 se jsiru fil-Gozo Stadium — tnejn nhar is-Sibt u waħda nhar il-Ħadd.

Sadanittant, l-aħħar sitt logħbiet mill-istess ġimgħa ta’ logħbiet se jintlagħbu f’Malta. Matul nofs il-ġimgħa ta’ wara, il-logħbiet ta’ Matchday 29 se jkunu skedati f’Malta.

It-Tieni Tmiem il-Ġimgħa

(18–19 ta’ April):

Imbagħad, fi tmiem il-ġimgħa ta’ wara, l-aħħar sitt logħbiet minn Matchday 30 se jsiru fil-Gozo Sta­dium, (tnejn is-Sibt u logħba waħda l-Ħadd), filwaqt li l-logħbiet mit-Top Six għal dak ir-round ta’ logħbiet se jintlagħbu f’Malta.

Bħala waħda mill-inizjattivi ġodda tal-Malta Premier din is-sena, huma qed jistiednu lill-clubs kol­lha tal-MPL biex jagħżlu team tal-Youths (U10 – U12) biex jipparteċipa f’tournament ta’ ħbiberija fil-gżira Għawdxija.

Dan l-avveniment se jinkludi wkoll timijiet Għawdxin tal-istess gruppi ta’ età u għandu l-għan li jsaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn il-clubs permezz tal-football u l-ispirtu komunitarju.

Il-YoHealth Malta Premier tixtieq twassal il-gratitudni tagħha lill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar flimkien ma’ Visit Gozo talli għal darb’oħra appoġġjaw u fdaw dan il-proġett, li se jara logħbiet mill-ogħla diviżjoni ta’ Malta (kompetizzjoni elite) jintlagħbu f’Għawdex, filwaqt li jinkoraġġixxu t-turiżmu domestiku.

“Din l-inizjattiva tippermettilna nerġgħu mmorru Għawdex u nagħtu lill-pubbliku Għawdxi l-opportunità li jara l-logħbiet tal-ogħla diviżjoni ta’ Malta mill-viċin,” qal il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Premier League, Alan Abela.

Skont studju kkummissjonat mill-Malta Premier League (MPL), il-Gozo Weekender tas-sena l-oħra ġġenera aktar minn 2,300 bed nights f’Għawdex

“Din is-sena nistmaw li l-inizjattiva se tiġġenera madwar €600,000 għall-ekonomija Għawdxija,” żied jgħid is-Sur Abela.

Waħda mill-innovazzjonijiet ewlenin għal din is-sena hija li l-Gozo Weekender se jkun mifrux fuq żewġ tmiem il-ġimgħat.

It-tliet logħbiet mit-Top Six se jsiru nhar is-Sibt 11 u l-Ħadd 12 ta’ April, filwaqt li t-tliet logħbiet mill-Bottom 6 se jintlagħbu nhar is-Sibt 18 u l-Ħadd 19 ta’ April.

Il-poloz għall-Closing Round – Top Six u Bottom Six se jsiru nhar it-Tnejn 16 ta’ Marzu, meta se jiġi determinat liema logħbiet minn Matchday 28 u Matchday 30 se jintlagħbu f’Għawdex

Sadanittant, round ta’ logħbiet f’nofs il-ġimgħa (bejniethom), se jintlagħbu f’Malta (Matchday 29).

*Għall-ewwel darba, il-Football Video Support (FVS) se jintuża wkoll f’Għawdex.

L-FVS reġa’ lura għall-fażi li jmiss (Top Six/Bottom Six), li jfis­ser li reġa’ lura għall-partita ewlenija tal-Gozo Stadium fil-logħbiet tat-Top Six tal-Ġimgħa ta’ Matchday 28, wara l-waqfa internazzjonali.

“Aħna se nibqgħu impenjati li nkomplu ngħollu l-profil tal-Malta Premier League,” qal is-Sur Abela.

“L-attendenza qed tiżdied sena wara sena, u matul dan l-Opening Round  irreġistrajna żieda ta’ 23,000 spettatur meta mqabbel mal-istess perjodu tal-istaġun li għadda.”

Is-Sur Abela kkonkluda billi rringrazzja lill-Ministru ta’ Għawdex u l-Ippjanar,  Clint Camilleri, għall-appoġġ tiegħu, kif ukoll lil Dr Samuel Azzopardi u l-GFA għall-kollaborazzjoni sħiħa u x-xogħol kontinwu tagħhom biex imexxu l-organizzazzjoni tal-avveniment.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport