Saturday, December 21, 2024

Se jipparteċipa f’ħames endurance races ta’ 24 siegħa l-waħda biex jiġbor għal Puttinu Cares

Aqra wkoll

“Erba’ snin ilu, wegħedt lil Rennie u Angele li se nagħmel avveniment bil-qligħ kollu jmur għal Puttinu Cares. Nista ngħid li din il-wegħda issa se ssir realtà”. Dan kien il-messaġġ li wassal Justin Mifsud, individwu li jaħdem fl-e-sports, fejn spjega li għal din is-sena u għas-sena d-dieħla, mistenni jipparteċipa f’ħames ‘endurance races’, li kull waħda mistennija ddum madwar 24 siegħa.

Irrimarka li l-għan ewlieni ta’ dawn l-avvenimenti huwa li jingħata l-appoġġ meħtieġ lill-Puttinu Cares, iżda mhux biss. Dan hekk kif f’dan l-avveniment, wieħed jista’ jitgħallem iktar dwar is-sim racing u d-dinja tal-e sports.

Id-donazzjonijiet jistgħu jsiru permezz ta’ SMS, hekk kif dawn l-avvenimenti se jkunu qegħdin f’xandira diretta. L-ewwel avveniment jibda s-Sibt, 7 ta’ Settembru, bil-kwalifikazzjoni tibda fl-12:00 p.m, it-tiġrija se tibda fis-1:00 p.m, u mistennija tintemm fis-1:00 p.m tal-Ħadd, 8 ta’ Settembru.

Mifsud irringrazzja lill-isponsors u l-voluntiera kollha tas-sapport li qed ituh.

Ekonomija

Sport