Monday, November 25, 2024

Se jitneħħew it-throw-ins fil-logħba tal-football?

Aqra wkoll

Teżisti possibbiltá kbira li t-throw-ins fil-football se jispiċċaw u minflok jidħlu l-kick-ins. 

Dan se jiġi diskuss fil-136 Laqgħa Ġenerali Annwali tal-FIFA, nhar it-Tnejn wara nofsinhar. 

Il-president tal-FIFA, Gianni Infantino, sostna li se jistudjaw bir-reqqa l-kicks-ins liema proposta tressqet mill-ex coach ta’ Arsenal, Arsene Wenger.

Bħalissa Wenger huwa l-kap tal-Global Football Development li jiddeċiedu t-tibdil tar-regoli tal-logħba. 

Huwa sostna li t-throw-ins jaħlu ħafna ħin tal-logħba filwaqt li dak it-team li jkun qed jagħti t-throw-in ikun fi żvantaġġ bit-total ta’ players fil-pitch. Barra minn hekk, skond statistika, tmienja minn għaxar throw-ins il-pussess tal-ballun jintilef. B’din ir-regola l-ġdida, il-kick-ins huma ta’ vantaġġ kbir għal dak it-team li jkun qed jattakka.

Bla dubju li se nisimgħu ħafna aktar dwar din ir-regola ġdid fit-tentattiv li tiġi fis-seħħ.

Sport