Monday, November 4, 2024

Se jitneħħew trailers ipparkjati illegalment

Aqra wkoll

Bdew jittieħdu miżuri biex kemm jista’ jkun jitneħħew il-perikli mit-toroq kaġunati minn trailers li qed jitħallew ipparkjati f’diversi nħawi madwar il-pajjiż. 

Fi kliem il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Dr Chris Bonett, dawn il-miżuri l-ewwel ma bdew jittieħdu kienu fit-telgħa ta’ Ras Ħanżir u ż-żona industrijali ta’ Kordin. It-trailers abbandunati f’dawn l-inħawi kienu pparkjati illegalment u ilhom żmien twil ikerrħu ż-żona filwaqt li ħolqu periklu fit-triq. 

Is-sidien ta’ dawn it-trailers ingħataw sat-22 ta’ Awwissu biex ineħħuhom minn fejn huma, inkella se tkun Transport Malta li tneħħihom minn fejn qegħdin u jiġu disposti b’mod definittiv f’faċilita’ ta’ trattament.

Dawn l-istess miżuri se jiġu applikati f’postijiet oħra li ġew żvelati mill-Ministru Bonett, li ħabbar ukoll li fl-ewwel kwart tas-sena d-dieħla se jsir eżerċizzju simili f’Ta’ Qali, Ħal Qormi u f’postijiet oħra fejn hemm l-istess problema ta’ trailers li qed jitħallew ipparkjati b’mod ħażin u li qed joħolqu inkonvenjent. 

Din hija miżura ta’ sigurta’ għaliex ma jistax ikun inħallu postijiet fejn inċident jista’ jsir minn ħin għall-ieħor minħabba l-mod kif ikunu pparkjati dawn it-trailers, temm jgħid il-Ministru Bonett. 

Sport