Tfittxija f’garaxxijiet f’San Pawl il-Baħar li fihom kien allegat li qegħdin jinżammu oġġetti misruqa rriżultat fil-pożittiv.
L-arrest seħħ wara investigazzjonijiet instensivi b’rabta ma’ allegazzjonijiet ta’ serq ta’ diversi oġġetti minn kumpanija privata u li l-valur tagħhom jammonta għal eluf ta’ Ewro.
Il-Pulizija rnexxielha tidentifika l-post fejn dawn l-oġġetti setgħu kienu qegħdin jinżammu f’żewġ garaxxijiet fl-imsemmija lokalità.
Waqt it-tfittxijiet tagħhom, il-pulizija arrestaw raġel ta’ 30 sena li se jkun qiegħed jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta tal-11:00 a.m quddiem il-Maġistrat Nadine Lia.
Il-Prosekuzzjoni se titmexxa mill-Ispettur George Frendo mid-Distrett tal-Qawra.