Monday, November 4, 2024

Se jitressaq il-Qorti r-raġel li allegatament ħebb għal uffiċjali huma u jeskortawh minn tal-linja

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta ta’ nofsinhar, il-Pulizija ser tressaq żewġ persuni l-Qorti, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima.

Wieħed mill-persuni huwa r-raġel ta’ karnaġġjon skur li se jkun qiegħed jiġi akkużat li naqas milli jobdi l-ordnijiet, hedded, irreżista u kkaġuna ġrieħi ta’ natura ħafifa lil żewġ Uffiċjali tal-Pulizija f’San Pawl il-Baħar, fost oħrajn. Dan wara li lbieraħ deher filmat tiegħu jirrifjuta li jinżel minn karozza tal-linja wara li allegatament naqas milli jħallas in-noll.

Persuna oħra se jkun akkużat li seraq mutur u saqu mingħajr ma kellu
liċenzja tas-sewqan u polza tal-assigurazzjoni u li renda ruħu reċediv, fost akkużi oħra.

Sport