Sunday, December 22, 2024

Se jitressaq il-Qorti raġel li ħebb għal pulizija u weġġgħu gravi

Aqra wkoll

Pulizija sofra ġrieħi gravi meta intervjena biex jiġi arrestat raġel aggressiv. Il-każ seħħ jumejn ilu, għall-ħabta tat-3.30p.m., waqt li l-Pulizija kienet qed tinvestiga rapport fi Triq il-Kus, Ħal Qormi.

Żewġ pulizija tad-Distrett ta’ Ħal Qormi marru fuq il-post sabiex ikellmu raġel ta’ 51 sena, residenti Ħal Qormi stess rigward rapport ta’ aggressjoni u theddid fil-konfront ta’ persuna oħra.

Waqt li kienu qegħdin ikellmuh, ir-raġel kien aggressiv fl-atteġjament tiegħu, filwaqt li beda ukoll jonqos li jobdi l-ordnijiet tal-Pulizija.

Kien għalhekk ġie nfurmat li se jiġi arrestat, iżda f’dan il-mument r-raġel ipprova jaħrab u ħebb għall-pulizija, bil-konsegwenza li wieħed mill-pulizija weġġa’, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Ir-raġel inżamm arrestat u aktar tard meħud il-lockup fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija il-Furjana.

Illum għall-ħabta tal-11.30a.m., huwa se jitressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello., akkużat li kkawża ġrieħi ta’ natura gravi lil pulizija u li rreżista l-arrest, fost oħrajn.

Ekonomija

Sport