Wednesday, October 23, 2024

Se jittardjaw xi titjiriet tal-Air Malta għal Milan u Napli minħabba strajk fl-Italja  

Aqra wkoll

Minħabba strajk fl-Italja li se jkun qed jaffettwa s-setturi pubbliċi u privati, l-Air Malta għadha kif ħabbret li t-titjiriet bejn Malta u Napli u bejn Malta u Milan huma mistennija li jittardjaw. 

L-istrajk fl-Italja qed isir minn grupp ta’ unjins li qed jitolbu għal kundizzjonijiet u pagi aħjar fost kwistjonijiet oħra. Dan filwaqt li unjins oħra qed jipprotestaw kontra l-ispekulaturi u favur id-dritt tagħhom li jkollhom propjetà.

Fi stqarrija, l-Air Malta qalet li t-titjira KM624 tal-lum minn Malta għall-ajruport ta’ Linate f’Milan se titlaq fl-4pm minflok, filwaqt li t-titjira KM625 minn Linate għal Malta se titlaq fis-6.40 p.m.

Intant, it-titjira KM674 ta’ għada minn Malta għal Napli se titlaq fis-7.30 a.m minflok, filwaqt li t-titjira KM675 minn Napli għal Malta se titlaq fid-9.30 a.m.

Kull min kellu biljett fuq dawn it-titjiriet se jżomm l-istess biljetti għalihom u min jixtieq ibiddilhom, jista’ jagħżel titjira differenti jew iċempel lill-customer care tal-Air Malta fuq 00356 2166 2211 li huwa miftuħ bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa bejn it-8am u t-8pm u miftuħ is-Sibt u l-Ħadd bejn it-8am u s-6pm.

Sabiex wieħed jieħu flusu lura, irid jibgħat fuq l-imejl fuq [email protected]. Jekk wieħed qata l-biljetti permezz ta’ aġent tal-ivvjaġġar, jista jagħmel kuntatt mal-stess aġent. 

L-Air Malta talbet skuża u qalet li l-inkonvenjent huwa lil hinn mill-kontroll tagħha.

Sport