Saturday, December 21, 2024

Se jittieħdu passi legali minħabba l-ħsara li l-ankra tal-Chemp P ikkawżat fuq l-interconnector

Aqra wkoll

L-Enemalta qegħda tissokta bl-investigazzjonijiet dwar il-ħsara li ġarrab l-interconnector bl-ankra tal-vapur Chem P. Skont l-ewwel spezzjoni mill-għaddasa uriet li l-interconnector intlaqat fl-inċident li seħħ waqt il-maltempata ta’ nhar is-Sibt 19 ta’ Marzu.

Għal diversi sigħat anke bħala prekawazzjoni twaqqfet il-provvista tal-elettriku mill-interconnector, iżda minkejja l-inċident fl-ebda ħin ma ġiet interrotta l-provvista tal-elettriku mal-pajjiż.

Fi stqarrija maħruġa, l-Enemalta qalet li ħadet il-passi immedjatati u bdiet tħaddem l-impjanti t’emerġenza li għandha f’Delimara.

Sadanittant diġà ttieħdu l-passi legali u tekniċi biex eventwalment tkun tista’ ssir it-tiswija tal-ħsarat li saru fuq l-interconnector.

Ekonomija

Sport