Sunday, August 10, 2025

“Se jkollna l-aqwa budget li qatt kellna f’pajjiżna”

- Il-Prim Ministru Robert Abela

Aqra wkoll

Waqt intervent telefoniku li l-Prim Ministru u mexxej Laburista għamel fuq One, tenna li l-ħidma tal-Gvern ma taqa’ xejn anke fil-ġranet tas-sajf. “Il-ħidma tal-Gvern baqgħet għaddejja b’mod intensiv… u dan hu importanti ferm. Meta għandek suġġett esnsittiv bħall-ekonomija, huwa kriċjali li tibqa’ tmexxija ‘l quddiem,” qal Robert Abela filwaqt li tenna li pajjiżna għandu l-aqwa ekonomija Ewropea.

Waqt li kien qiegħed jirreferi għal diversi miżuri ekonomiċi li l-għan tagħhom kien li jħallu effett pożittiv fuq in-nies, qal li fil-jiem li ġejjin se tkun qiegħda titħabbar id-data tal-budget li ddeskriva li se jkun “l-aqwa budget li qatt kellna f’pajjiżna.”

Il-Prim Ministru rrefera għal miżuri li ddaħħlu fil-budgets passati fosthom il-wegħda ta’ tanqqis ta’ taxxi ta’ €66 miljun, “iżda ma waqafnix hawn… ħabbarna li t-tnaqqis ta’ taxxi se jkun ta’ b’€140 miljun. It-tkabbir ekonomiku minn din il-miżura kien ta’ 0.4%,” ħabbar Dr Abela.

Il-kelliem qal li dan il-Gvern irnexxielu jkabbar l-ekonomija b’0.4% b’saħħa ta’ miżura waħda mħabbra fil-budget. “Għalija din tfisser il-filosofija ekonomika li jħaddan Gvern Laburista. Ħaddieħor hu mehdi f’kontest ieħor ta’ tmexxija u jibqa’ jemmen fil-politika ekonomija ta’ awsterità,” qal il-Prim Ministru b’referenza għal dak li hu għaddej fil-Partit Nazzjonalista.

Hawn, il-Prim Ministru wera d-differenza bejn Gvern iffukat fit-tmexxija u Oppożizzjoni ma “ma nifhimx x’tirrappreżenta”. “Ftit tas-snin ilu lmentaw dwar il-vaganzi tas-sajf. Illum issa qed jilmentaw għaliex il-parlament dam għaddej bix-xogħol u ma bedix il-vaganzi aktar kmieni… U se jerġa’ jiftaħ ferm aktar kmieni mis-soltu,” tenna l-Mexxej Laburista fuq One. 

Qal li hu qatt ma jista’ jaċċetta li l-Parlament l-ogħla istituzzjoni fil-pajjiż tagħmel tliet xhur aġġornata fis-sena u ma jitlaqqax darba waħda biss. “U l-liġijiet lif se jgħaddihom il-Gvern? U l-ħidma tal-Gvern kif se tkompli? Għalhekk bgħatt messaġġ ċar li l-parlament irid jibqa’ għaddej, kulħadd jista’ jieħu l-brejk tiegħu bħalissa imma ma jistax ikollna sitwazzjoni ta’ tliet xhur ma jistgħux ngħaddu liġi fil-Parlament. Imbgħad ikollok Oppożizzjoni li toħroġ tilmenta dwar dan kollu,” kompla jgħid Dr Abela.

Il-Prim Ministru rrfera wkoll għal każ ta’ Francine Farrugia, Kunsilliera fis-Siġġiewi f’isem il-PN. Abela qal li ma jistax jifhem kif l-Oppożizzjoni li tpinġi lilha nnifsha bħala paladin tas-saltna tad-dritt, imbagħad ikollok silenzju assolut wara li persuna li tirrapreżenta lill-PN, eletta f’isem il-Partit titressaq il-Qorti akkużata b’akkużi serji ħafna.

“Dak huwa meta għandek parti li mhux verament konvint f’dak li qed jgħid. Ilni nafha li l-PN jippriedka li hu l-paladin tas-saltna tad-dritt imma fir-realtà huwa totalment kontra ta’ dak li jfisser is-saltna tad-dritt u s-sewwa. Għalhekk hu partit li llum għandu problmei kbar…” tenna l-Prim Ministru.

Min-naħa l-oħra l-Prim Ministru qal li l-Gvern xogħolu jibqa’ għaddej b’mod partikolari biex jimplimenta l-manifest elettorali. “S’issa wettaqna 70% tal-manifest… baqa’ 30% li rridu nwettquhom sal-aħħar tal-leġiżlatura.”

Hekk kif kompla jitkellem dwar il-budget li mistenni jitressaq f’Ottubru, il-Prim Ministru tenna li bħalissa l-Gvern jinsab f’fażi intensiva tal-preparamenti għall-budget li jmiss. 

Qal li l-Gvern se jkompli saħħaħ dik il-faxxa tas-soċjetà li teħtieġ l-aktar għajnuna, “se nkomplu ngħidu lil middle class u se nkomplu nsaħħu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema u għalhekk se nibqgħu nimbuttaw biex dik il-fiduċja tant qawwija li l-poplu tagħna fl-aħħar snin inkomplu nittrasformawha f’ħafna aktar ħidma biex dak il-manifesti jiġi mwettaq kollu kemm hu sad-data tal-elezzjoni ġenerali,” temm jgħid il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Dr Robert Abela.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport