Sunday, December 22, 2024

Se jkun estiż l-ħin tal-viżitaturi f’Mater Dei fost rilaxx ieħor

Aqra wkoll

Waqt konferenza tal-aħbarijiet id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li jekk is-sitwazzjoni tibqa’ tippermetti min-nhar it-Tnejn 7 ta’ Frar, iċ-ċertifikat tat-tilqim mhux se jibqa’ neċessarju biex wieħed jaċċessa ristoranti, snack bars u każini.

Spjega li kif ħabbar fl-aħħar jiem ukoll, mill-14 ta’ Frar iċ-ċertifikat tat-tilqim mhux se jibqa’ neċessarju biex wieħed jidħol f’bars, gyms, pools u spas, cinemas u teatri.

Min-nhar it-Tnejn 7 ta’ Frar se jiġu estiżi l-ħinijiet tal-viżitaturi f’Mater Dei, se titneħħa wkoll ir-restrizzjoni li tillimita sa erba’ households, in-numri ta’ persuni ġewwa djar u residenzi privati.

Fost aġġornamenti oħra, Fearne żied jgħid li se jiġu rikonoxxuti wkoll iċ-ċertifikati tat-tilqim mill-Ġordan u dak mill-Maldives li se jiżdiedu mal-lista ta’ pajjiżi oħra li qegħdin ikunu rikonoxxuti diġà.

Barra minn hekk Mill-14 ta’ Frar, dawk il-persuni li jkollhom ċertifikat tat-tilqim validu u jkunu ġejjin minn pajjiż dark-red il-perjodu ta’ kwarantina tagħhom se jonqos minn 14-il ġurnata għal għaxart ijiem.

Ekonomija

Sport