Sunday, December 22, 2024

Se jkun illegali t-tipjip tal-kannabis fir-Red Light District ta’ Amsterdam

Aqra wkoll

Dalwaqt se jkun illegali li tpejjep il-kannabis fit-toroq fir-red light district ta’ Amsterdam taħt regolamenti ġodda żvelati mill-belt.

Il-liġijiet se jidħlu fis-seħħ minn nofs Mejju u għandhom l-għan li jtejbu l-ħajja għar-residenti li ilhom jilmentaw minn tfixkil ikkawżat mit-turisti. 

Il-ħaddiema tas-sess se jkollhom ukoll jagħlqu l-postijiet tagħhom fit-3.00 a.m. 

Il-midja lokali rrapportat li kważi l-kunsilliera kollha appoġġjaw dawn il-miżuri biex jitnaqqas l-inkonvenjent għar-residenti. 

Il-kunsill tal-belt ħabbar li r-ristoranti u l-bars se jkollhom jagħlqu sas-2.00 a.m. nhar ta’ Ġimgħa u Sibt u l-ebda viżitaturi ġodda ma jitħallew jidħlu fid-distrett tal-belt il-qadima wara s-1.00 a.m.

Bħalissa, il-bejgħ tal-alkoħol minn ħwienet, ħwienet tax-xorb u kafetteriji fir-red light district huwa illegali mill-Ħamis sal-Ħadd warar l-4.00 p.m. Dan filwaqt li huwa illegali li tikkonsma l-alkoħol f’ħafna mill-ispazji pubbliċi f’Amsterdam. 

Ekonomija

Sport